+Artikolu 4 7b.

Artikolu 4 7b.

L-Istati Membri ma jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta d-deterjorazzjoni sseħħ fl-istat ta' korp tal-ilma riċeventi b'riżultat tar-rilokazzjoni, permezz ta' azzjoni mill-bniedem, tal-ilma jew tas-sediment mill-istess korp tal-ilma tal-wiċċ jew minn korp ieħor tal-ilma tal-wiċċ, jew minn korp tal-ilma ta' taħt l-art għal korp tal-ilma tal-wiċċ riċeventi, mingħajr ma tiġi kkawżata żieda netta fil-massa tal-kontaminanti, u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jittieħdu l-passi prattikabbli kollha, b'mod partikolari t-trattament tal-ilma jew tas-sediment, jekk fattibbli, biex jiġi minimizzat it-trasferiment tal-massa tal-kontaminanti biex jittaffa l-impatt negattiv fuq l-istat tal-korpi tal-ilma affettwati mir-rilokazzjoni;

(b) 

tiġi stabbilita l-kompożizzjoni tal-ilma jew tas-sedimenti li għandhom jiġu rilokati, u r-rilokazzjoni ma żżidx ir-riskju ġenerali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent meta mqabbla mar-riskju eżistenti qabel ir-rilokazzjoni;

(c) 

il-korp tal-ilma tal-wiċċ riċeventi jiġi kkonfermat li diġà mhuwiex fi stat kimiku tajjeb fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-kontaminanti rilokati, u b'mod partikolari fir-rigward tal-aktar kontaminanti persistenti u bijoakkumulattivi rilokati, u l-istat ekoloġiku jew il-potenzjal tal-korp tal-ilma riċeventi mhuwiex mistenni li jaqa' fi klassi aktar baxxa bħala riżultat tar-rilokazzjoni ta' dawk il-kontaminanti;

(d) 

ir-rilokazzjoni ma għandhiex tirriżulta f'żieda fit-trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb;

(e) 

fil-korp tal-ilma riċeventi, tkun ġiet stabbilita żona fejn ir-rilokazzjoni hija pprojbita madwar kwalunkwe punt ta' estrazzjoni għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(f) 

ma jkunx hemm għażliet ambjentali aħjar b'mod sinifikanti għal raġunijiet ta' fattibbiltà teknika jew kost sproporzjonat;

(g) 

ir-rilokazzjoni hija soġġetta għal regolamentazzjoni jew awtorizzazzjoni minn qabel; u

(h) 

jiġi inkluż sommarju fil-pjan ta' mmaniġġjar għall-baċini tax-xmajjar meħtieġ skont l-Artikolu 13, inkluż informazzjoni relatata mal-punti (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu u r-raġunijiet għar-.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.