L-EEA għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli f'konformità mal-paragrafu 4 tiġi pproċessata u analizzata regolarment għall-fini li ssir disponibbli, permezz ta' portali rilevanti tal-Unjoni, għall-użu mill-ġdid mill-Kummissjoni u mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u għall-fini li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pubbliku informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
).