+Artikolu 8 Monitoraġġ ta' l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ, l-istat ta' l-ilma ta' taħt l-art u żoni protetti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.

Artikolu 8 Monitoraġġ ta' l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ, l-istat ta' l-ilma ta' taħt l-art u żoni protetti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

L-Istati Membri jridu jiżguraw li jkunu stabbiliti l-programmi għall-monitoraġġ ta' l-istat ta' l-ilma sabiex titwaqqaf deskrizzjoni ġenerika koerenti u komprensiva ta' l-istat ta' l-ilma fi ħdan kull distrett ta' baċin tax-xmara:

— 
għall-ilma tal-wiċċ dan il-programmi jridu jkopru:
(i) 

il-volum u il-livell jew ir-rata jew tnixxija għall-estent relevanti għal stat ekoloġiku u kimiku u l-potenzjal ekoloġiku, u

(ii) 

l-istat ekoloġiku u kimiku u l-potenzjal ekoloġiku;

— 
għall-ilma ta' taħt l-art dawn il-programmi jridu jkopru monitoraġġ tal-istat kimiku u kwantitattiv,
— 
għal żoni protetti il-programmi msemmija hawn fuq iridu jiġu msaħħa b'dawk l-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt liema ż-żoni protetti individwali ġew stabbiliti.
Artikolu 8 2.
Dawn il-programmi jridu jkunu operazzjonali mhux aktar tard minn sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sakemm ma' jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni konċernata. Dan il-monitoraġġ irid ikun jaqbel mal-ħtiġiet ta' l-Anness V.
Artikolu 8 3.
Il-Kummissjoni tingħata setgħat li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma f'konformità mal-Anness V, tistabbilixxi l-formati għar-rappurtar tad-data tal-monitoraġġ u tal-istat, tadotta r-riżultati tal-eżerċizzju ta' interkalibrazzjoni u l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta' monitoraġġ ta' Stat Membru f'konformità mat-taqsima 1.4.1 (ix) tal-Anness V u tadotta l-indikaturi ta’ progress li jippermettu t-tqabbil tal-progress magħmul mill-Istati Membri lejn il-kisba tal-istat tajjeb jew il-potenzjal tal-korpi tal-ilma tagħhom. Meta tistabbilixxi l-formati għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istat, il-Kummissjoni tista' tuża l-appoġġ tekniku u xjentifiku disponibbli mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 8 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta' monitoraġġ disponibbli u vvalidata dwar l-elementi ta' kwalità bijoloġika fl-ilmijiet tal-wiċċ miġbura f'konformità mat-taqsima 1.3 tal-Anness V ta' din id-Direttiva ssir disponibbli għall-pubbliku u għall-EEA kull tliet snin, u li d-data ta' monitoraġġ disponibbli u vvalidata dwar l-elementi ta' kwalità kimika fl-ilmijiet tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art miġbura f'konformità mat-taqsimiet 1.3 u 2.4 tal-Anness V ta' din id-Direttiva ssir disponibbli għall-pubbliku u għaż-ŻEE kull sentejn b'mod elettroniku f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE ( 4 ), 2007/2/KE ( 5 ) u (UE) 2019/1024 ( 6 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal dawk il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formati stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-mekkaniżmi awtomatizzati ta' rapportar u ta' twassil tad-data allinjati mal-flussi tad-data rilevanti tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa dwar l-Istat tal-Ambjent.
Artikolu 8 5.
L-EEA għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli f'konformità mal-paragrafu 4 tiġi pproċessata u analizzata regolarment għall-fini li ssir disponibbli, permezz ta' portali rilevanti tal-Unjoni, għall-użu mill-ġdid mill-Kummissjoni u mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u għall-fini li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pubbliku informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
Artikolu 8 6.
Sal-11 ta’ Novembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-għażliet għall-istabbiliment, il-finanzjament u l-funzjonament ta' faċilità ta' monitoraġġ konġunt tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport għandu jqis, fost l-oħrajn, dan li ġej:

(a) 

in-natura volontarja tal-użu ta' tali faċilità ta' monitoraġġ konġunt;

(b) 

l-ambitu tal-analiżijiet li għandhom jitwettqu minn tali faċilità, inkluż il-firxa ta' sustanzi u indikaturi li għandhom jiġu koperti mil-listi stabbiliti skont din id-Direttiva, id-Direttiva 2006/118/KE u d-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(c) 

is-sorsi ta' finanzjament għal tali faċilità, li jistgħu jinkludu kofinanzjament mill-Unjoni;

(d) 

il-mudell operazzjonali ta' tali faċilità, filwaqt li jitqiesu kemm l-opzjonijiet ċentralizzati kif ukoll dawk deċentralizzati;

Wara r-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tistabbilixxi faċilità ta' monitoraġġ konġunt tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.