Artikolu 19a
Rapport dwar mekkaniżmu tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi
Sal-11 ta’ Mejju 2029, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-possibbiltà li jiġi inkluż f'din id-Direttiva mekkaniżmu tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi. Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-fattibbiltà li l-produtturi jintalbu jikkontribwixxu għall-kostijiet tal-programmi ta' monitoraġġ imfassla skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva jekk dawk il-produtturi jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni prodotti li fihom xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE jew fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE.