|
+Artikolu 5 Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. ---+Article 5 4. |
Artikolu 5 Proċedura ta' Kontroll ta' KonformitàArtikolu 5 Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità 1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u bl-iskop li jitnaqqsu r-riskji ta' konflitt bejn il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-istrumenti internazzjonali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw, permezz ta' laqgħat ta' koordinazzjoni u/jew mezzi oħra approprjati, sabiex ifissru, kif xieraq, pożizzjoni komuni jew approċ fil-fora internazzjonali kompetenti. 2. Proċedura ta' kontroll ta' konformità hija hawnhekk stabbilita sabiex teskludi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja kull emenda għal strument internazzjonali biss jekk, abbażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju manifest li l-emenda internazzjonali, fl-iskop tar-Regolamenti jew id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 2(2), ibaxxu l-istandard ta' sigurtà marittima, ta' prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti jew tal-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-bastimenti stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, jew ikunu inkompattibbli ma' ta' l-aħħar. Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità tista' tintuża biss biex isiru emendi għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fl-oqsma espressament koperti mill-proċedura regolatorja u strettament fil-kwadru ta' eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. 3. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-proċedura ta' kontroll ta' konformità għandha tinbeda mill-Kummissjoni, li, meta xieraq tista' taġixxi fuq talba ta' Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-COSS, mingħajr dewmien, wara l-adozzjoni ta' emenda għall-istrument internazzjonali proposta għal miżuri bl-iskop li l-emenda in kwistjoni tiġi eskluża mit-test Komunitarju kkonċernata. Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità, inklużi, jekk applikabbli, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni ta' l-1999/468/KE, għandha tiġi kompletata għall-inqas xahar qabel ma jiskadi l-perjodu stabbilit internazzjonalment għall-aċċettazzjoni taċita ta' l-emenda kkonċernata jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta' din l- emenda. 4. Fl-eventwalità ta' riskju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura, tul il-perjodu ta' proċedura ta' kontroll ta' konformità, minn kull inizjattiva intiża sabiex tintegra l-emenda fil-leġislazzjoni nazzjonali jew sabiex tapplika l-emenda għall-istrument internazzjonali kkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|