+IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti
---+Artikolu 1 Il-kamp ta' l-applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Twaqqif ta’ Kumitat
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
---+Artikolu 4 Integrazzjoni ta' emendi għal strumenti internazzjonali fil-liġi Komunitarja
---+Artikolu 5 Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
---+Artikolu 6 Informazzjoni
---+Artikolu 7 Is-setgħat tas-COSS u l-emendi
---+Artikolu 7a Eżerċizzju tad-delega
------+Article 7a 1.
------+Article 7a 2.
------+Article 7a 3.
------+Article 7a 4.
------+Article 7a 5.
------+Article 7a 6.
---+Artikolu 8 Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91
---+Artikolu 9 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94
---+Artikolu 10 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 3051/95
---+Artikolu 12 Id-Dħul fis-seħħ
English - European Union - Environment -

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2099/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Novembru ta' l-2002

li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Il-kamp ta' l-applikazzjoni

Artikolu 1

Il-kamp ta' l-applikazzjoni

Il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2(2) dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti u l-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-vapuri:

(a) Billi jiġu ċċentralizzati x-xogħolijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u ssostitwiti b'dan ir-Regolament billi jiġi stabbilit Kumitat wieħed dwar ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Bastimenti, magħruf bħala s-COSS;

(b) Billi jiġi aċċellerat l-aġġornament ta', u jiġu ffaċilitati emendi sussegwenti għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fid-dawl ta' żviluppi fl-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

1. “strumenti internazzjonali” għandhom ifissru l-konvenzjonijiet, il-protokolli, ir-riżoluzzjonijiet, il-kodiċijiet, il-kompendja ta' regoli, ċirkolarijiet, l-istandards u d-disposizzjonijiet adottati minn konferenza internazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew il-partijiet għall-memorandum ta' ftehim imsemmi fid-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fis-seħħ;

▼M5

2. “Leġislazzjoni marittima Komunitarja” tfisser l-atti t'hawn taħt:

(a) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-implimentazzjoni tar-Reżoluzzjoni tal-IMO A.747(18) dwar l-applikazzjoni tal-kejl ta' tunnellaġġ ta' spazji ta' saborra f'tankers taż-żejt bis-saborra segregata ( 1 )

(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE, tal-20 ta' Diċembru 1996, dwar it-tagħmir marittimu ( 2 )

(c) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar ( 3 )

(d) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità ( 4 )

(e) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda id-Direttiva 93/12/KEE ( 5 ) għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(d)(2) tagħha.

(f) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri ( 6 )

(g) Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija ( 7 )

(h) Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa ( 8 )

(i) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE ( 9 )

(j) Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti ( 10 )

(k) Id-Direttiva Nru 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar ħtiġijiet speċifici ta' stabbiltà għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro ( 11 )

(l) Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 ( 12 )

(m) Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inkluż sanzjonijiet kriminali għal reati ta' tniġġis ( 13 )

(n) Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 ( 14 )

(o) Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara ( 15 )

(p) Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi ( 16 )

(q) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port ( 17 )

(r) Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 )

(s) Id-Direttiva Nru 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ( 19 )

(t) Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri ( 20 )

(u) Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' aċċidenti ( 21 )

(v) Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri ( 22 )

(w) Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed ( 23 )

(x) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 )

(y) Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE ( 25 ).

▼M3

Artikolu 3 Twaqqif ta’ Kumitat

Artikolu 3

Twaqqif ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-COSS).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 4 Integrazzjoni ta' emendi għal strumenti internazzjonali fil-liġi Komunitarja

Artikolu 4

Integrazzjoni ta' emendi għal strumenti internazzjonali fil-liġi Komunitarja

Għall-iskopijiet tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, l-instrumenti internazzjonali applikabbli għandhom ikunu dawk li daħlu fis-seħħ, inklużi l-iktar emendi reċenti għalihom, bl-eċċezzjoni ta' l-emendi esklużi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja li jirriżultaw mill-proċedura ta' kontroll ta' konformità stabbilita bl-Artikolu 5.

Artikolu 5 Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità

Artikolu 5

Proċedura ta' Kontroll ta' Konformità

1.  Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u bl-iskop li jitnaqqsu r-riskji ta' konflitt bejn il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-istrumenti internazzjonali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw, permezz ta' laqgħat ta' koordinazzjoni u/jew mezzi oħra approprjati, sabiex ifissru, kif xieraq, pożizzjoni komuni jew approċ fil-fora internazzjonali kompetenti.

2.  Proċedura ta' kontroll ta' konformità hija hawnhekk stabbilita sabiex teskludi mill-iskop tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja kull emenda għal strument internazzjonali biss jekk, abbażi ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju manifest li l-emenda internazzjonali, fl-iskop tar-Regolamenti jew id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 2(2), ibaxxu l-istandard ta' sigurtà marittima, ta' prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti jew tal-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għixien u xogħol abbord il-bastimenti stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, jew ikunu inkompattibbli ma' ta' l-aħħar.

Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità tista' tintuża biss biex isiru emendi għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja fl-oqsma espressament koperti mill-proċedura regolatorja u strettament fil-kwadru ta' eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

3.  Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-proċedura ta' kontroll ta' konformità għandha tinbeda mill-Kummissjoni, li, meta xieraq tista' taġixxi fuq talba ta' Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-COSS, mingħajr dewmien, wara l-adozzjoni ta' emenda għall-istrument internazzjonali proposta għal miżuri bl-iskop li l-emenda in kwistjoni tiġi eskluża mit-test Komunitarju kkonċernata.

Il-proċedura ta' kontroll ta' konformità, inklużi, jekk applikabbli, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni ta' l-1999/468/KE, għandha tiġi kompletata għall-inqas xahar qabel ma jiskadi l-perjodu stabbilit internazzjonalment għall-aċċettazzjoni taċita ta' l-emenda kkonċernata jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta' din l- emenda.

4.  Fl-eventwalità ta' riskju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura, tul il-perjodu ta' proċedura ta' kontroll ta' konformità, minn kull inizjattiva intiża sabiex tintegra l-emenda fil-leġislazzjoni nazzjonali jew sabiex tapplika l-emenda għall-istrument internazzjonali kkonċernat.

Artikolu 6 Informazzjoni

Artikolu 6

Informazzjoni

L-emendi relevanti kollha għall-istrumenti internazzjonali li huma integrati fil-leġislazzjoni marittima Komunitarja, skond l-Artikoli 4 u 5, għandhom jiġu ppubblikati, għall-iskopijiet ta' informazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

▼M6

Artikolu 7 Is-setgħat tas-COSS u l-emendi

Artikolu 7

Is-setgħat tas-COSS u l-emendi

Is-COSS għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu permezz tal-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni fis-seħħ.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7a li jemendaw il-punt 2 tal-Artikolu 2 sabiex jiġu inklużi referenza għall-atti tal-Unjoni li jagħtu setgħat lis-COSS illi daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼M6

Artikolu 7a Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 7a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 26 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 8 Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament (KEE) Nru 613/91

Ir-Regolament (KEE) Nru 613/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(a) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“(a) ‘Konvenzjonijiet’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fil-Baħar ta' l-1974 (1974 Solas), il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija (LL66) ta' l-1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (Marpol 73/78), fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom, u riżoluzzjonijiet irrelatati ta' status mandatorja adottati mill-Oganizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).”

2. L-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastyimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( *1 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *2 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/48/KE għandu jkun stabbilit f'xahrejn.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 7

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 9 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94

Artikolu 9

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94

Ir-Regolament (KE) Nru 2978/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(g) għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:

“(g) ‘Marpol 73/78’ ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973, kif emendat bil-Protokoll ta' l-1978 li jirrelata għalih, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom.”

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 6:

“L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( *3 ).

3. L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:

“Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) maħluqa permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *4 ) għandhom japplikaw, b' qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 10 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 3051/95

Artikolu 10

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 3051/95

Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 9:

“L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) ( *5 ).

2. L-Artikolu 10 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej:

“Artikolu 10

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (COSS) maħluq permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *6 ) għandhom japplikaw, b'qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit f'xaharejn.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 12 Id-Dħul fis-seħħ

Artikolu 12

Id-Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.


( 1 ) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 1.

( 2 ) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

( 3 ) ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1.

( 4 ) ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.

( 5 ) ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.

( 6 ) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.

( 7 ) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.

( 8 ) ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9.

( 9 ) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

( 10 ) ĠU L 115, 9.5.2003, p. 1.

( 11 ) ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.

( 12 ) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.

( 13 ) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.

( 14 ) ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.

( 15 ) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

( 16 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.

( 17 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.

( 18 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114.

( 19 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132.

( 20 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

( 21 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.

( 22 ) ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.

( 23 ) ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3.

( 24 ) ĠU L 214, 19.7.2014, p. 12.

( 25 ) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.

( 26 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( *1 ) ĠU l 324, 29.11.2002, p. 1.

( *2 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”

( *3 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

( *4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”

( *5 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

( *6 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002R2099
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.