|
+Artikolu 9 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94 |
Artikolu 9 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94Artikolu 9 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2978/94 Ir-Regolament (KE) Nru 2978/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 3(g) għandu jiġi ssostitwit b' li ġej: “(g) ‘Marpol 73/78’ ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973, kif emendat bil-Protokoll ta' l-1978 li jirrelata għalih, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom.” 2. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 6: “L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) ( *3 ). 3. L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b' li ġej: “Artikolu 7 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS) maħluqa permezz ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju ta' l-1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( *4 ) għandhom japplikaw, b' qies għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. Il-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|