+L-ANNESS II

L-ANNESS II


L-ANNESS II

L-IRKUPRU U R-RIMI TAL-ISKART

SEZZJONI 1

L-ambitu

▼M6

1. L-istatisika għandha tiġi kkumpilata għall-faċilitajiet kollha tal-irkupru u tad-disponiment li jwettqu kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 8(2) u li jappartjenu għall-attivitajiet ekonomiċi jew huma parti minnhom skont ir-raggruppamenti tan-NACE ( 12 ) msemmija fl-Anness I, it-Taqsima 8(1.1).

▼M5

2. Il-faċilitajiet li l-attivitajiet tagħhom tat-trattament tal-iskart huma limitati għar-riċiklaġġ tal-iskart fil-post fejn ikun iġġenerat l-iskart, mhumiex koperti b’dan l-Anness.

SEZZJONI 2

Il-kategoriji tal-iskart

Il-lista ta’ kategoriji ta’ skart li għalihom trid tiġi kkumpilata l-istatistika, skont il-ħidmiet ta’ rkupru u rimi, kif imsemmi fis-Sezzjoni 8(2), huma dawk imsemmijin fl-Anness I, Sezzjoni 2(1).

SEZZJONI 3

Il-karatteristiċi

L-istatistiċi għandhom ikunu kkumpilati dwar il-karatteristiċi u l-analiżijiet li ġejjin:



Oġġett

Deskrizzjoni

Livell reġjonali

1

Il-kwantitajiet ta’ skart ittrattati għal kull kategorija ta’ skart elenkata fis-Sezzjoni 2 u għal kull oġġett tal-ħidmiet ta’ rkupru u rimi elenkat fis-Sezzjoni 8(2), minbarra r-riċiklaġġ tal-iskart fil-post fejn dan ikun ġie ġġenerat

Nazzjonali

2

In-numru u l-kapaċità tal-faċilitajiet għall-oġġett 4 tas-Sezzjoni 8(2), imqassma skont:

a) l-iskart perikoluż, b) l-iskart li mhuwiex perikoluż u c) l-iskart inerti

Nazzjonali

3

In-numru ta’ faċilitajiet għall-oġġett 4 tas-Sezzjoni 8(2) li għalqu (m’għadhomx isiru iżjed depożiti fihom) mill-aħħar sena ta’ referenza ‘l hawn, imqassma skont:

a) l-iskart perikoluż, b) l-iskart li mhuwiex perikoluż u c) l-iskart inerti

Nazzjonali

4

In-numru ta’ faċilitajiet għall-ħidmiet ta’ rkupru u ta’ rimi elenkati fis-Sezzjoni 8(2), minbarra l-oġġett 5

NUTS 2

5

Il-kapaċità ta’ faċilitajiet għall-ħidmiet ta’ rkupru u ta’ rimi elenkati fis-Sezzjoni 8(2), minbarra l-oġġetti 3 u 5

NUTS 2

SEZZJONI 4

L-unità tar-rappurtaġġ

L-unità ta’ rappurtaġġ li għandha tkun użata għall-kategoriji kollha tal-iskart hija tunnellata waħda (1) ta’ skart (normali) imxarrab ħlief għall-kategoriji “ħama tal-efflussi industrijali”, “ħama mħallta”, “fdalijiet ta’ ħama u likwidu wara t-trattament tal-iskart” u “skart tat-tħammil” li għalihom l-unità ta’ rappurtaġġ hija tunnellata waħda (1) ta’ materja niexfa.

SEZZJONI 5

L-ewwel sena ta’ referenza u l-perjodiċità

1. L-ewwel sena ta’ referenza hija t-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. L-ewwel sena ta’ referenza għall-istatistiċi dwar l-iskart imsejsa fuq din ir-reviżjoni hija l-2010.

3. L-Istati Membri għandhom ifornu l-informazzjoni għal kull tieni sena, wara l-ewwel sena ta’ referenza, għall-faċilitajiet li huma msemmija fis-Sezzjoni 8(2).

SEZZJONI 6

It-trażmissjoni tar-riżultati lill-Eurostat

Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

SEZZJONI 7

Ir-rapport dwar l-ambitu u l-kwalità tal-istatistika

1. Rigward il-karatteristiċi elenkati fis-Sezzjoni 3, u għal kull oġġett elenkat fost it-tipi differenti ta’ ħidmiet indikati fis-Sezzjoni 8(2), l-Istati Membri għandhom jindikaw il-proporzjon bejn l-istatistiċi stabbiliti u l-univers totali tal-iskart tal-istess oġġett. Ir-rekwiżiti minimi tal-ambitu se jkunu ddefiniti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).

2. Rigward il-karatteristiċi elenkati fis-Sezzjoni 3, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport ta’ kwalità, li jindika l-grad ta’ preċiżjoni tal-informazzjoni miġbura.

3. Il-Kummissjoni għandha tinkludi r-rapporti dwar l-ambitu u l-kwalità, fir-rapport stipulat fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

SEZZJONI 8

Ħidmiet ta’ rkupru u ta’ rimi tal-iskart

1. Ir-riżultati jridu jiġu kkumpilati għal kull oġġett fost it-tipi ta’ ħidmiet elenkati fis-Sezzjoni 8(2), skont il-karatteristiċi msemmija fis-Sezzjoni 3.

2. Il-Lista tal-Ħidmiet ta’ Rkupru u ta’ Rimi; il-kodiċijiet jirreferu għall-kodiċijiet fl-Annessi I u II mad-Direttva 2008/98/KE ( 13 ):



Nru tal-Oġġett

 

Il-tipi ta’ ħidmiet tal-irkupru u r-rimi

L-inċinerazzjoni

1

R1

Użata prinċipalment bħala karburant jew mezz ieħor li jiġġenera l-enerġija

2

D10

L-Inċinerazzjoni fuq l-art

Ħidmiet ta’ rkupru (minbarra l-irkupru tal-enerġija)

3a

R2 +

Ir-riklamazzjoni/riġenerazzjoni tas-solventi

R3 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (inklużi l-għemil tal-kompost u proċessi bijoloġiċi oħra ta’ trasformazzjoni)

R4 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metalli

R5 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ materjali inorganiċi oħra

R6 +

Ir-riġenerazzjoni tal-aċidi jew ta’ bases

R7 +

L-irkupru tal-komponenti użati biex jittaffa t-tniġġiż

R8 +

L-irkupru ta’ komponenti mill-katalisti

R9 +

Ir-raffinar taż-żjut jew użi oħra mill-ġdid taż-żjut

R10 +

It-trattament tal-art li jirriżulta f’benefiċċju għall-biedja jew għat-titjib ekoloġiku

R11

L-użu tal-iskart miksub minn kull waħda mil-ħidmiet mogħtija n-numri minn R1 sa R10

3b

 

L-irdim tal-iskart billi jintefa’ biex jerġa’ jimla l-ħofor

Ħidmiet tar-rimi tal-iskart

4

D1 +

It-tfigħ tal-iskart ġewwa l-art jew fuqha (pereżempju radam eċċ.)

D5 +

Radam speċjali maħdum bl-inġinerija (pereżempju tqegħid tal-iskart f’ċelel separati mgħottija u miksija u iżolati minn xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D 12

Il-ħżin permanenti (pereżempju t-tqegħid tal-kontenituri ġewwa minjiera, eċċ)

5

D2 +

It-trattament tal-art (pereżempju l-bijodegradazzjoni ta’ skart likwidu jew ta’ rimi ta’ tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D3 +

L-injezzjonijiet fil-fond (pereżempju, l-injezzjoni ta’ skart li jista’ jiġi ppumpjat fi bjar, f’koppli għall-ħżin tal-melħ taħt l-art, jew f’depożitorji li jiġu min-natura, eċċ.)

D4 +

Iż-żamma ristretta tal-iskart f’wiċċ l-art (pereżempju t-tqegħid ta’ skart likwidu jew ta’ ħama f’ħofor, għadajjar jew laguni, eċċ.)

D6 +

It-tfigħ f’korp ta’ ilma għajr l-ibħra/l-oċeani

D7

It-tfigħ fl-ibħra/fl-oċeani inkluż it-tidħil taħt qiegħ il-baħar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002R2150
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.