|
+Artikolu 1 Il-materja tas-suġġett |
Artikolu 1 Il-materja tas-suġġettArtikolu 1 Il-materja tas-suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi ►M9 sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa ►M9 l-Unjoni ◄ (minn issa ‘l quddiem imsjħa ►M9 l-“EU ETS” ◄ ) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika. Din id-Direttiva tipprevedi wkoll li t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiżdied sabiex jikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis li huma kkunsidrati xjentifikament meħtieġa biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi tagħha kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u b'hekk biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi ( 2 ). Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni ►M9 mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|