+Artikolu 3d Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant
---+Artikolu 3d 1.
---+Artikolu 3d 1a.
---+Artikolu 3d 3.
---+Artikolu 3d 4.
---+Artikolu 3d 5.

Artikolu 3d Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3d 1.
Fis-snin 2024 u 2025, 15 % tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(5) u (7), kif ukoll 25 % fl-2024 u 50 % fl-2025, rispettivament, mill-85 % li jifdal ta’ dawk il-kwoti, li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas, għandhom jiġu rkantati, ħlief għall-kwantitajiet ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(6) u l-Artikolu 10a(8), ir-raba’ subparagrafu. Il-bqija tal-kwoti għal dawk is-snin għandhom jiġu allokati bla ħlas.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, il-kwantità kollha ta’ kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas f’dik is-sena għandha tiġi rkantata, ħlief għall-kwantità ta’ kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(6) u fl-Artikolu 10a(8), ir-raba’ subparagrafu.

Artikolu 3d 1a.
Il-kwoti li jiġu allokati bla ħlas għandhom jiġu allokati lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru b’mod proporzjonat għas-sehem tagħhom ta’ emissjonijiet ivverifikati mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportati għall-2023. Dak il-kalkolu għandu jqis ukoll l-emissjonijiet ivverifikati mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportati fir-rigward ta’ titjiriet li huma koperti biss mill-EU ETS mill-1 ta’ Jannar 2024. Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwoti li huma allokati bla ħlas għal dik is-sena.
Artikolu 3d 3.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar mill-Istati Membri ta’ kwoti tal-avjazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar li huma neċessarji għat-trasferiment ta’ sehem tad-dħul minn tali rkantar għall-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kwantità ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati f’kull perjodu minn kull Stat Membru għandu jkun proporzjonat għas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta’ referenza rrappurtata skont l-Artikolu 14(3) u verifikati skont l-Artikolu 15. Għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 13, is-sena ta’ referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel ma jibda l-perjodu li għalih jirreferi l-irkant. L-atti delegati għandhom jiżguraw li jkunu rispettati l-prinċipji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4).
Artikolu 3d 4.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar ta’ kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul f’konformità mal-Artikolu 10(3) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3d 5.
It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni skond din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika stabbilit mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.