|
+Artikolu 3gf 2. |
Artikolu 3gf 2.Abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
(a)
qabel l-1 ta' Frar 2024, lista ta' kumpaniji tat-tbaħħir li wettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I li kienet taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga fl-1 ta' Jannar 2024, jew b'effett minn dik id-data, li tispeċifika l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kull kumpanija tat-tbaħħir f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
(b)
qabel l-1 ta' Frar 2026 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, lista aġġornata biex tagħti lura l-kumpaniji tat-tbaħħir irreġistrati fi Stat Membru lil awtorità amministrattiva oħra fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir jekk ikunu bidlu l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni fl-Unjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, jew biex tinkludi kumpaniji tat-tbaħħir li sussegwentement ikunu wettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I li tkun waqgħet fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3ga, f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu; u
(c)
qabel l-1 ta' Frar 2028 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, lista aġġornata biex tagħti lura l-kumpaniji tat-tbaħħir li mhumiex irreġistrati fi Stat Membru lil awtorità amministrattiva oħra fir-rigward ta’ kumpanija ta’ tbaħħir f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|