+Artikolu 3gg Rapportar u rieżami
---+Artikolu 3gg 1.
---+Artikolu 3gg 2.
---+Artikolu 3gg 3.
---+Artikolu 3gg 4.
---+Artikolu 3gg 5.

Artikolu 3gg Rapportar u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3gg 1.
Fil-każ tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) ta' miżura globali bbażata fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid din id-Direttiva fid-dawl ta' dik il-miżura adottata.

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta' tali miżura globali bbażata fuq is-suq u qabel ma ssir operattiva. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miżura globali bbażata fuq is-suq fir-rigward ta':

(a) 

l-ambizzjoni tagħha fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi;

(b) 

l-integrità ambjentali ġenerali tagħha, inkluż meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jkopru t-trasport marittimu; u

(c) 

kwalunkwe kwistjoni relatata mal-koerenza bejn l-EU ETS u dik il-miżura.

Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni tista' takkumpanja r-rapport msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu bi proposta leġiżlattiva li temenda din id-Direttiva b'mod li jkun konsistenti mal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, u bl-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effettività tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-implimentazzjoni tal- miżura globali bbażata fuq is-suq u l-EU ETS, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe piż doppju sinifikanti.

Artikolu 3gg 2.
Fil-każ li sal-2028 l-OMI ma tadottax miżura globali bbażata fuq is-suq biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u mill-inqas għal livell komparabbli ma' dak li jirriżulta mill-miżuri tal-Unjoni meħuda skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ħtieġa li tiġi applikata l-allokazzjoni tal-kwoti u r-rekwiżiti ta' ċediment fir-rigward ta' aktar minn ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi bejn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru u port ta’ waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, fid-dawl tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tikkunsidra l-progress fil-livell tal-OMI u teżamina jekk kwalunkwe pajjiż terz għandux miżura bbażata fuq is-suq ekwivalenti għal din id-Direttiva u tivvaluta r-riskju ta' żieda fil-prattiki evażivi, inkluż permezz ta' bidla għal modi oħra ta' trasport jew ċaqliq ta' ċentri portwarji lejn portijiet barra mill-Unjoni.

Meta jkun xieraq, ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Artikolu 3gg 3.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu fir-rigward tat-trasport marittimu, b'mod partikolari biex tidentifika mġiba evażiva sabiex tipprevjeni tali mġiba fi stadju bikri, inkluż b’kunsiderazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi, u tirrapporta kull sentejn mill-2024, dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu fir-rigward ta’ trasport marittimu u x-xejriet possibbli fir-rigward tal-kumpaniji ta’ tbaħħir li jfittxu li jevadu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja wkoll l-impatti fir-rigward, fost oħrajn, ta' żidiet possibbli fil-kostijiet tat-trasport, distorsjonijiet tas-suq u bidliet fit-traffiku tal-portijiet, bħall-evażjoni tal-portijiet u ċ-ċaqliq taċ-ċentri tat-trażbord, il-kompetittività ġenerali tas-settur marittimu fl-Istati Membri, u b'mod partikolari l-impatti fuq dawk is-servizzi tat-tbaħħir li jikkostitwixxu servizzi essenzjali ta' kontinwità territorjali. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Kapitolu fir-rigward ta’ trasport marittimu, b'mod partikolari miżuri biex jiġu indirizzati ix-xejriet fir-rigward ta' kumpaniji ta’ tbaħħir li jfittxu li jevadu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3gg 4.
Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-estensjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3ga(3), it-tieni subparagrafu, lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2030 u, jekk xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva għal dak il-għan.
Artikolu 3gg 5.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-fattibbiltà u l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-inklużjoni f'din id-Direttiva tal-emissjonijiet minn bastimenti, inklużi bastimenti offshore, b'tunnellaġġ gross ta' inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400, li jibni, b'mod partikolari, fuq l-analiżi li takkumpanja r-rieżami tar-Regolament (UE) 2015/757 mistennija sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-interkonnessjonijiet bejn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2015/757 u jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tiegħu. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll kif din id-Direttiva tista' tagħti kont bl-aħjar mod tal-użu ta' fjuwils marittimi rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fuq bażi ta' ċiklu tal-ħajja. Meta jkun xieraq, ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.