|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw dak id-dħul, bl-eċċezzjoni tad-dħul użat għall-kumpens tal-kostijiet indiretti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10a(6) ta’ din id-Direttiva, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul, għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;
(b)
għall-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli u grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku biex jitwettqu l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli u l-għanijiet tal-Unjoni dwar l-interkonnettività, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u bħala għajnuna fit-twettiq tal-impenn tal-Unjoni li tiżdied l-effiċjenza enerġetika għal-livelli maqbula f'atti leġiżlattivi rilevanti, inkluż il-produzzjoni tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
(c)
għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jappoġġaw il-protezzjoni u r-restawr tat-torbiera, tal-foresti u ta’ ekosistemi oħra tal-art jew ekosistemi tal-baħar, inklużi miżuri li jikkontribwixxu għall-protezzjoni, ir-restawr u ġestjoni aħjar tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward taż-żoni protetti tal-baħar, u jżidu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni favur il-bijodiversità, inkluż f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-Ftehim ta’ Pariġi, u miżuri biex jiġu ttrasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima f'dawk il-pajjiżi;
(d)
għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija u fil-ħamrija fl-Unjoni;
(e)
għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 b'mod ambjentalment sikur, b'mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-fjuwils fossili solidi u numru ta' setturi u subsetturi industrijali, inkluż f'pajjiżi terzi, u metodi innovattivi u teknoloġiċi tal-assorbiment tal-karbonju, bħall-qbid dirett mill-arja u l-ħżin;
(f)
għall-investiment u l-aċċelerazzjoni fil-bidla lejn forom ta' trasport li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur, inkluż l-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija u servizzi u teknoloġiji tal-karozzi tal-linja li ma jagħmlux ħsara lill-klima, miżuri għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu, inkluż it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, il-portijiet, it-teknoloġiji u l-infrastruttura innovattivi, u fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka li huma prodotti minn sorsi rinnovabbli, u teknoloġiji ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero, u għall-finanzjament ta' miżuri li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ajruporti f'konformità ma' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal trasport bl-ajru sostenibbli;
(g)
biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;
(h)
miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-iżolazzjoni, biex jappoġġjaw is-sistemi ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti u rinnovabbli, jew biex jappoġġaw ir-rinnovazzjoni profonda u profonda fi stadji tal-bini f'konformità mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), li tibda mir-rinnovazzjoni tal-bini bl-agħar prestazzjoni;
(ha)
għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju, inkluż billi jitnaqqsu t-taxxi distortivi, u tnaqqis mmirat ta' dazji u spejjeż għall-elettriku rinnovabbli;
(hb)
għall-finanzjament ta' skemi ta' dividendi klimatiċi nazzjonali b'impatt ambjentali pożittiv ipprovat kif iddokumentat fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).
(i)
biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni ►M9 tal-EU ETS ◄ ;
(j)
għall-finanzjament ta' azzjonijiet marbutin mal-politika dwar il-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima;
(k)
għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema sabiex isir kontribut għal transizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari f'reġjuni milquta l-agħar mit-transizzjoni tal-impjiegi, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, u biex isir investiment fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema li potenzjalment huma affettwati mit-transizzjoni, inklużi l-ħaddiema fit-trasport marittimu;
(l)
għall-indirizzar ta' kwalunkwe riskju residwu ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi koperti mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), li jappoġġa t-transizzjoni u jippromwovi d-dekarbonizzazzjoni tagħhom f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Meta jiġi ddeterminat l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jibqa' jiżdied il-finanzjament internazzjonali għall-klima fil-pajjiżi terzi vulnerabbli msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (j). L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew politiki regolatorji nazzjonali, li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, stipulati għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom imressqa skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li jispeċifikaw, meta jkun rilevanti u kif xieraq, liema dħul jintuża u l-azzjonijiet li jittieħdu biex jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima mressaq f'konformità ma’ dak ir-Regolament, u l-pjanijiet territorjali tagħhom għal transizzjoni ġusta mħejjija f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ). Ir-rapportar għandu jkun dettaljat biżżejjed biex jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|