|
+Artikolu 10 4. |
Artikolu 10 4.►M15 Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva biex tissupplementa din id-Direttiva fir-rigward tal-għażla taż-żmiene, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar, inklużi modalitajiet għall-irkantar li huma meħtieġa għat-trasferiment ta' sehem mid-dħul għall-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 30d(4) ta' din id-Direttiva jew bħala riżorsi proprji skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, sabiex jiġi żgurat li dan jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dak il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla taż-żmien u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-ammont stmat ta' kwoti li għandhom isiru disponibbli. ◄ Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-irkanti jkunu maħsuba biex jiżguraw li:
(a)
l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe intrapriża żgħira jew ta' daqs medju koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwu;
(b)
il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u l-parteċipanti ma jimminawx l-operar tal-irkanti;
(c)
l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni fi, l-irkanti jkunu kosteffiċjenti u l-ispejjeż amministrattivi mhux dovuti jiġu evitati; u
(d)
l-emittenti ż-żgħar jingħataw aċċess għall-kwoti. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|