L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-integrità u t-trasparenza tas-suq Ewropew tal-karbonju, b'mod partikolari fir-rigward tal-volatilità tas-swieq u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet, it-tħaddim tal-irkanti, l-operazzjonijiet ta' skambju fis-suq għall-kwoti ta' emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, inklużi n-negozjar barra l-borża, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u l-kategoriji u l-imġiba tan-negozjar tal-parteċipanti fis-suq, inklużi l-pożizzjonijiet tal-intermedjarji finanzjarji. L-ESMA għandha tinkludi s-sejbiet rilevanti u, meta jkun meħtieġ, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fil-valutazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku f'konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
). Għall-finijiet tal-kompiti msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dettaljata tat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
).