|
+Artikolu 10a 1a. |
Artikolu 10a 1a.Soġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas b'rabta mal-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għall-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, il-produzzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandha tibbenefika minn allokazzjoni bla ħlas f'ammonti mnaqqsa. Għandu jiġi applikat fattur li jnaqqas l-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni ta' dawk l-oġġetti (il-fattur CBAM). Il-fattur CBAM għandu jkun ugwali għal 100 % għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u l-aħħar tal-2025 u, soġġett għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(2), il-punt (b), ta' dak ir-Regolament, għandu jkun ugwali għal 97,5 % fl-2026, 95 % fl-2027, 90 % fl-2028, 77,5 % fl-2029, 51,5 % fl-2030, 39 % fl-2031, 26,5 % fl-2032 u 14 % fl-2033. Mill-2034, ma għandu japplika ebda fattur CBAM. It-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandu jiġi kkalkolat kull sena bħala s-sehem medju tad-domanda għall-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/956 meta mqabbla mad-domanda totali għall-allokazzjoni bla ħlas ikkalkolata għall-installazzjonijiet kollha, għall-perjodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva. F’dan il-kalkolu għandu jiġi applikat il-fattur CBAM. Il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-paragrafu 8. Sal-31 ta’ Diċembru 2024 u bħala parti mir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 10(5) ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal oġġetti soġġetti għas-CBAM u prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili ta' pprezzar tal-karbonju. Ir-rapport, b'mod partikolari, għandu jivvaluta r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'setturi li s-CBAM se japplika għalihom, b'mod partikolari r-rwol u l-adozzjoni mħaffa tal-idroġenu, u l-iżviluppi fir-rigward tal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet inkorporati ta' oġġetti prodotti minn dawk is-setturi fis-suq globali. Meta r-rapport jikkonkludi li hemm riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal oġġetti prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu ekwivalenti ta' pprezzar tal-karbonju, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b'mod li jkun konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż l-Artikolu XX tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994,, u li jqis id-dekarbonizzazzjoni tal-installazzjonijiet fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|