+Artikolu 10a 6.

Artikolu 10a 6.

►M15  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji f'konformità mat-tieni u mar-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu li jiffavorixxu setturi jew subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba kostijiet indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jingħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, dment li tali miżuri finanzjarji jkunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u, b'mod partikolari, ma jikkawżawx distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-miżuri finanzjarji adottati ma għandhomx jikkumpensaw il-kostijiet indiretti koperti minn allokazzjoni bla ħlas f'konformità mal-parametri referenzjarji stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Meta Stat Membru jonfoq ammont ogħla mill-ekwivalenti ta' 25 % tad-dħul mill-irkant imsemmi fl-Artikolu 10(3) għas-sena li fiha jkunu ġġarrbu l-kostijiet indiretti, huwa għandu jistabbilixxi r-raġunijiet li għalihom ikun inqabeż dak l-ammont. ◄

L-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jużaw mhux aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għall-miżuri finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena, l-Istati Membri li jkollhom tali miżuri finanzjarji fis-seħħ għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, f'forma li tkun faċilment aċċessibbli, l-ammont totali ta' kumpens ipprovdut għal kull settur u subsettur benefiċjarju. Mill-2018 'il quddiem, għal kull sena li fiha Stat Membru juża aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għal tali finijiet, huwa għandu jippubblika rapport li jispjega r-raġunijiet għalfejn qabeż dak l-ammont. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali kbar li jibbenefikaw minn tali miżuri finanzjarji, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk ġewx ikkunsidrati kif dovut miżuri oħra biex jitnaqqsu b'mod sostenibbli l-ispejjeż indiretti tal-karbonju fuq perijodu ta' żmien medju sa twil.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-effetti ta' tali miżuri finanzjarji fuq is-suq intern u, fejn ikun adatt, tirrakkomanda kwalunkwe miżura li tista' tkun meħtieġa skont dik il-valutazzjoni.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu tali li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta' parametri referenzjarji ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni. Dawk il-parametri referenzjarji ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unità tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.