+Artikolu 10a 8a.

Artikolu 10a 8a.

Għal CDs u CCDs mogħtija wara l-konklużjoni ta' mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, għandha tiġi pprovduta kopertura xierqa permezz ta’ impenji baġitarji li jirriżultaw mir-rikavati tal-irkantar ta' kwoti disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni u dawk l-impenji baġitarji jistgħu jiġu diżaggregati f'pagamenti akkont annwali fuq diversi snin. Għall-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, il-kopertura tar-responsabbiltà finanzjarja relatata mas-CDs u s-CCDs għandha tkun żgurata bis-sħiħ b'approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rikavati tal-irkantar ta' kwoti allokati lill-Fond għall-Innovazzjoni skont il-paragrafu 8.

Abbażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mill-Kummissjoni tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' CDs u CCDs, li għandha ssir wara l-konklużjoni tal-ewwel żewġ ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi u kull darba li jkun meħtieġ wara dan f'konformità mal-prinċipju tal-prudenza, skont liema l-assi u l-profitti ma għandhomx jiġu sopravalutati u l-obbligazzjonijiet u t-telf ma għandhomx jiġu sottovalutati, il-Kummissjoni, f'konformità mal-għoti tas-setgħa msemmija fit-tmien subparagrafu, tista' tiddeċiedi li tkopri biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja relatata ma' CDs u CCDs permezz tal-mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu u tkopri l-parti li jifdal permezz ta’ mezzi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha timmira li tillimita l-użu ta' mezzi oħra ta' kopertura.

Meta l-valutazzjoni twassal għall-konklużjoni li mezzi oħra ta' kopertura huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-CDs u s-CCDs, il-Kummissjoni għandha timmira għal taħlita bbilanċjata ta' mezzi oħra ta' kopertura. B'deroga mill-Artikolu 210(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-portata tal-użu ta' mezzi oħra ta' kopertura skont l-att delegat previst fit-tmien subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-obbligazzjoni finanzjarja li jifdal għandha tkun koperta biżżejjed, fid-dawl tal-prinċipji tat-Titolu X tar-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046, jekk ikun meħtieġ, adattati għall-ispeċifiċitajiet tas-CDs u s-CCDs, b'deroga mill-Artikolu 209(2), il-punti (d) u (h), l-Artikolu 210(1), l-Artikolu 211(1), (2), (4) u (6), l-Artikoli 212, 213 u 214, l-Artikolu 218(1) u l-Artikolu 219(3) u (6) ta' dak ir-Regolament. Meta jkun applikabbli, mezzi oħra ta' kopertura, ir-rata ta' proviżjonament u d-derogi meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti f'att delegat previst fit-tmien subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tuża aktar minn 30 % tar-rikavati tal-irkantar tal-kwoti allokati lill-Fond għall-Innovazzjoni skont il-paragrafu 8 għall-proviżjonament għas-CDs u s-CCDs.

Ir-rata ta' proviżjonament ma għandhiex tkun inqas minn 50 % tal-obbligazzjoni finanzjarja totali mġarrba mill-baġit tal-Unjoni għas-CDs u s-CCDs. Meta tiġi stabbilita ir-rata ta’ proviżjonament, il-Kummissjoni għandha tqis elementi li jistgħu jnaqqsu r-riskji finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, lil hinn mill-approprjazzjonijiet disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni, bħall-kondiviżjoni possibbli ta' obbligazzjoni ma' Stati Membri fuq bażi volontarja, jew mekkaniżmu possibbli ta' assigurazzjoni mill-ġdid mis-settur privat. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid ir-rata ta' proviżjonament mill-inqas kull tliet snin mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat li jkun stabbiliha għall-ewwel darba.

Sabiex jiġu evitati applikazzjonijiet spekulattivi, l-aċċess għall-offerti kompetittivi jista' jsir soġġett għall-pagament mill-applikanti ta' depożitu li għandu jintilef f'każ li l-kuntratt ma jiġix rispettat. Tali depożiti mitlufa għandhom jintużaw għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa lill-awtorità awtorizzanti minn benefiċjarju f'konformità mat-termini tas-CD jew tas-CCD fejn il-prezz ta' referenza jkun ogħla mill-prezz tal-eżerċitar (“reflows”) għandha tintuża għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) ta' dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva biex tissupplementa din id-Direttiva sabiex tipprevedi u tagħti dettall dwar mezzi oħra ta' kopertura, jekk ikun hemm, u, meta applikabbli, ir-rata ta' proviżjonament u d-derogi addizzjonali meħtieġa mit-Titolu X tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 kif stabbilit fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u barra minn hekk ir-regoli dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi, b'mod partikolari fir-rigward ta' depożiti u reflows.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi tgħolli l-limitu ta' 30 % msemmi f'dak is-subparagrafu b'mhux aktar minn total ta' 20 punt perċentwali meta jkun meħtieġ biex tirrispondi għal domanda għal CDs u CCDs, filwaqt li tqis l-esperjenza tal-ewwel ċikli tal-mekkaniżmu ta' offerti kompetittivi u filwaqt li tqis il-ħtieġa li jinstab bilanċ xieraq fl-appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni bejn l-għotjiet u tali kuntratti.

L-appoġġ finanzjarju mill-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkun proporzjonali għall-objettivi ta' politika stabbiliti f'dan l-Artikolu u ma għandux iwassal għal distorsjonijiet indebiti tas-suq intern. Għal dan l-għan, l-appoġġ għandu jingħata biss biex ikopri kostijiet addizzjonali jew riskji ta' investiment li ma jkunux jistgħu jiġġarrbu mill-investituri taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.