+Artikolu 10b 3.

Artikolu 10b 3.

Is-setturi u s-subsetturi li ma jeċċedux il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1, iżda li jkollhom intensità tal-emissjonijiet imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur gross miżjud tagħhom (f'euro), li teċċedi 1,5, għandhom ukoll jiġu vvalutati fil-livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4). Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-setturi u s-subsetturi msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni jew għal valutazzjoni kwalitattiva tal-espożizzjoni tagħhom għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jew għal valutazzjoni abbażi tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għal statistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom). Għal dak il-għan, is-settur u s-subsettur għandhom jippreżentaw data li tkun debitament sostanzjata, sħiħa u verifikata b'mod indipendenti li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni flimkien mal-applikazzjoni.

Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), dan jista' jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom), dan għandu jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 dment li, f'dak il-livell, il-livell limitu ta' 0,2 imsemmi fil-paragrafu 1 jinqabeż.

Is-setturi u subsetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-punt ta' referenza msemmija fis-subparagrafu 4 tal-Artikolu 10a(2) jistgħu jitolbu wkoll li jiġu vvalutati f'konformità mas-subparagrafu 3 ta' dan il-paragrafu.

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta' Ġunju 2018 Stat Membru jista' jitlob li settur jew subsettur elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE ( 24 ) fir-rigward ta' klassifikazzjonijiet fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom) jitqies li jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1. Kwalunkwe tali talba għandha tiġi kkunsidrata biss fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta' dik id-deroga hija ġġustifikata fuq il-bażi ta' data debitament sostanzjata, sħiħa, verifikata u awditjata għall-ħames snin l-aktar reċenti pprovduta mis-settur jew is-subsettur ikkonċernat u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha mat-talba tiegħu. Abbażi ta' dik id-data, is-settur jew is-subsettur ikkonċernat għandu jiġi inkluż fir-rigward ta' dawk il-klassifikazzjonijiet fejn, fi ħdan livell eteroġenu ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jintwera li jkollu intensità tal-kummerċ u tal-emissjonijiet sostanzjalment ogħla fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom), li taqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.