+Artikolu 10b Miżuri transizzjonali li jappoġġaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju
---+Artikolu 10b 1.
---+Artikolu 10b 2.
---+Artikolu 10b 3.
---+Artikolu 10b 4.
---+Artikolu 10b 5.

Artikolu 10b Miżuri transizzjonali li jappoġġaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10b 1.
Is-setturi u s-subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi flimkien mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għaż-Żona Ekonomika Ewropea (il-fatturat annwali flimkien mal-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi), bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom, imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur miżjud gross (f'euro) tagħhom, jeċċedi 0,2, għandhom jitqiesu li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Lil tali setturi u subsetturi għandhom jiġu allokati kwoti bla ħlas għall-perijodu sal-2030 ta' 100 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a.
Artikolu 10b 2.

Is-setturi u subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom jeċċedi 0,15 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, bl-użu tad-data għas-snin mill-2014 sal-2016, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u tal-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew subsetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku;

(b) 

il-karatteristiċi attwali u previsti tas-suq, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe prezz ta' referenza komuni;

(c) 

il-marġni tal-profitti bħala indikatur potenzjali ta' investiment fit-tul jew deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni marbuta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Artikolu 10b 3.
Is-setturi u s-subsetturi li ma jeċċedux il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1, iżda li jkollhom intensità tal-emissjonijiet imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur gross miżjud tagħhom (f'euro), li teċċedi 1,5, għandhom ukoll jiġu vvalutati fil-livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4). Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-setturi u s-subsetturi msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni jew għal valutazzjoni kwalitattiva tal-espożizzjoni tagħhom għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jew għal valutazzjoni abbażi tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għal statistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom). Għal dak il-għan, is-settur u s-subsettur għandhom jippreżentaw data li tkun debitament sostanzjata, sħiħa u verifikata b'mod indipendenti li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni flimkien mal-applikazzjoni.

Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), dan jista' jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom), dan għandu jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 dment li, f'dak il-livell, il-livell limitu ta' 0,2 imsemmi fil-paragrafu 1 jinqabeż.

Is-setturi u subsetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-punt ta' referenza msemmija fis-subparagrafu 4 tal-Artikolu 10a(2) jistgħu jitolbu wkoll li jiġu vvalutati f'konformità mas-subparagrafu 3 ta' dan il-paragrafu.

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta' Ġunju 2018 Stat Membru jista' jitlob li settur jew subsettur elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE ( 24 ) fir-rigward ta' klassifikazzjonijiet fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom) jitqies li jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1. Kwalunkwe tali talba għandha tiġi kkunsidrata biss fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta' dik id-deroga hija ġġustifikata fuq il-bażi ta' data debitament sostanzjata, sħiħa, verifikata u awditjata għall-ħames snin l-aktar reċenti pprovduta mis-settur jew is-subsettur ikkonċernat u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha mat-talba tiegħu. Abbażi ta' dik id-data, is-settur jew is-subsettur ikkonċernat għandu jiġi inkluż fir-rigward ta' dawk il-klassifikazzjonijiet fejn, fi ħdan livell eteroġenu ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jintwera li jkollu intensità tal-kummerċ u tal-emissjonijiet sostanzjalment ogħla fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom), li taqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1.

Artikolu 10b 4.
Setturi u subsetturi oħrajn jitqiesu li jistgħu jgħaddu aktar mill-ispejjeż tal-kwoti lill-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jiġu allokati lilhom kwoti bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fir-reviżjoni skont l-Artikolu 30, l-allokazzjonijiet bla ħlas għal setturi u subsetturi oħrajn, għajr it-tisħin urban, għandhom jitnaqqsu b'ammonti indaqs wara l-2026 sabiex jintlaħaq livell ta' ebda allokazzjoni bla ħlas fl-2030.

Fi Stat Membru fejn, fuq medja fis-snin mill-2014 sal-2018, is-sehem tal-emissjonijiet tiegħu mit-tisħin distrettwali tat-total tal-Unjoni ta' tali emissjonijiet, diviż bis-sehem ta' PDG ta’ dak l-Istat Membru tal-PDG totali tal-Unjoni huwa akbar minn ħamsa, allokazzjoni addizzjonali bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a għandha tingħata lit-tisħin distrettwali għall-perjodu mill-2026 sal-2030, dment li volum ta' investiment ekwivalenti għall-valur ta' dik l-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali jiġi investit biex l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mod sinifikanti qabel l-2030 f'konformità mal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li l-kisba tal-miri u l-istadji importanti msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu jkun ikkonfermat mill-verifika mwettqa f'konformità mar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tat-tisħin distrettwali għandhom jistabbilixxu pjan ta' newtralità klimatika għall-installazzjonijiet li għalihom japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dak il-pjan għandu jkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u għandu jistabbilixxi:

(a) 

miżuri u investimenti biex in-newtralità klimatika tinkiseb sal-2050 fil-livell tal-installazzjonijiet jew tal-kumpaniji, bl-esklużjoni tal-użu ta' krediti ta' kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;

(b) 

miri u stadji ewlenin intermedji biex, sal-31 ta' Diċembru 2025 u sal-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, jitkejjel il-progress li jkun sar lejn il-kisba tan-newtralità klimatika kif stabbilit fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;

(c) 

stima tal-impatt ta' kull waħda mill-miżuri u kull wieħed mill-investimenti msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu għandu jiġi vverifikat fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn mill-ammont msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma jkunx ġie vverifikat fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-kontenut minimu tal-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu u l-format tal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija f’dak is-subparagrafu u fl-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji ma' pjanijiet simili kif previst fid-dritt tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Artikolu 10b 5.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tad-determinazzjoni ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif imsemmi fil- paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għall-attivitajiet f'livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4) fir-rigward tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, abbażi ta' data għat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.