|
+Artikolu 10b 4. |
Artikolu 10b 4.Setturi u subsetturi oħrajn jitqiesu li jistgħu jgħaddu aktar mill-ispejjeż tal-kwoti lill-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jiġu allokati lilhom kwoti bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fir-reviżjoni skont l-Artikolu 30, l-allokazzjonijiet bla ħlas għal setturi u subsetturi oħrajn, għajr it-tisħin urban, għandhom jitnaqqsu b'ammonti indaqs wara l-2026 sabiex jintlaħaq livell ta' ebda allokazzjoni bla ħlas fl-2030. Fi Stat Membru fejn, fuq medja fis-snin mill-2014 sal-2018, is-sehem tal-emissjonijiet tiegħu mit-tisħin distrettwali tat-total tal-Unjoni ta' tali emissjonijiet, diviż bis-sehem ta' PDG ta’ dak l-Istat Membru tal-PDG totali tal-Unjoni huwa akbar minn ħamsa, allokazzjoni addizzjonali bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a għandha tingħata lit-tisħin distrettwali għall-perjodu mill-2026 sal-2030, dment li volum ta' investiment ekwivalenti għall-valur ta' dik l-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali jiġi investit biex l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mod sinifikanti qabel l-2030 f'konformità mal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li l-kisba tal-miri u l-istadji importanti msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu jkun ikkonfermat mill-verifika mwettqa f'konformità mar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Sal-1 ta' Mejju 2024, l-operaturi tat-tisħin distrettwali għandhom jistabbilixxu pjan ta' newtralità klimatika għall-installazzjonijiet li għalihom japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dak il-pjan għandu jkun konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u għandu jistabbilixxi:
(a)
miżuri u investimenti biex in-newtralità klimatika tinkiseb sal-2050 fil-livell tal-installazzjonijiet jew tal-kumpaniji, bl-esklużjoni tal-użu ta' krediti ta' kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju;
(b)
miri u stadji ewlenin intermedji biex, sal-31 ta' Diċembru 2025 u sal-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, jitkejjel il-progress li jkun sar lejn il-kisba tan-newtralità klimatika kif stabbilit fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;
(c)
stima tal-impatt ta' kull waħda mill-miżuri u kull wieħed mill-investimenti msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin imsemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu għandu jiġi vverifikat fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 u fir-rigward ta' kull perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru ta' kull ħames sena sussegwenti, f'konformità mal-proċeduri ta' verifika u akkreditazzjoni previsti fl-Artikolu 15. Ebda kwota bla ħlas lil hinn mill-ammont msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandha tiġi allokata jekk il-kisba tal-miri u l-istadji ewlenin intermedji ma jkunx ġie vverifikat fir-rigward tal-perjodu sa tmiem l-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-kontenut minimu tal-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu u l-format tal-pjanijiet ta' newtralità klimatika msemmija f’dak is-subparagrafu u fl-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji ma' pjanijiet simili kif previst fid-dritt tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|