+Artikolu 10c Għażla għal allokazzjoni bla ħlas transizzjonali għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija
---+Artikolu 10c 1.
---+Artikolu 10c 2.
---+Artikolu 10c 3.
---+Artikolu 10c 4.
---+Artikolu 10c 5.
---+Artikolu 10c 6.
---+Artikolu 10c 7.
|
Artikolu 10c Għażla għal allokazzjoni bla ħlas transizzjonali għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10c 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita bil-prezzijiet tas-suq (f'euro) taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas transizzjonali lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u t-trasformazzjoni sostenibbli tas-settur tal-enerġija. L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mat-transizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, sigura u sostenibbli, mal-objettivi tal-qafas politiku tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030, u mal-kisba tal-objettivi fit-tul espressi fil-Ftehim ta' Pariġi. Id-deroga prevista f'dan il-paragrafu għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2030.
|
|
Artikolu 10c 2.
|
L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza proċess kompetittiv ta' offerti, li għandu jsir fi stadju wieħed jew aktar bejn l-2021 u l-2030, għal proġetti li jinvolvu ammont totali ta' investiment li jeċċedi EUR 12,5-il miljun, biex jintgħażlu l-investimenti li għandhom ikunu ffinanzjati b'allokazzjoni bla ħlas. Dak il-proċess kompetittiv ta' offerti għandu:
(a)
jikkonforma mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u ġestjoni finanzjarja tajba;
(b)
jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovament tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf, bħat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, jew għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tal-enerġija, bħat-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli, u tas-settur tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;
(c)
jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu biss proġetti li:
(i)
fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' CO2 filwaqt li jitqies id-daqs tal-proġett;
(ii)
huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda motivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;
(iii)
joffru l-aħjar valur għall-flus; u
(iv)
ma jikkontribwixxux għal, jew itejbu, il-vijabbiltà finanzjarja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b'emissjonijiet intensivi ħafna u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq karburanti fossili b'emissjonijiet intensivi.
B'deroga mill-Artikolu 10(1) u mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li investiment magħżul permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti jiġi kkanċellat jew il-prestazzjoni prevista ma tintlaħaqx, il-kwoti allokati jistgħu jintużaw permezz ta' ċiklu addizzjonali wieħed tal-proċess kompetittiv ta' offerti mhux aktar kmieni minn sena wara sabiex jiġu ffinanzjati investimenti oħrajn. Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li beħsiebu jagħmel użu minn allokazzjoni bla ħlas, transizzjonali u fakultattiva, għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jiddeskrivi l-proċess kompetittiv ta' offerti, inkluż l-għadd ta' ċikli ppjanati msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-kriterji tal-għażla għall-kummenti tal-pubbliku. Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR 12,5-il miljun għandhom jiġu appoġġati b'allokazzjoni bla ħlas u ma jintgħażlux permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku. Fuq din il-bażi, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019, jistabbilixxi, jippubblika u jissottometti lill-Kummissjoni lista ta' investimenti. Fejn aktar minn investiment wieħed isir fl-istess installazzjoni, huma għandhom jiġu evalwati fit-totalità tagħhom sabiex jiġi stabbilit jekk jinqabiżx il-livell limitu ta' EUR 12,5-il miljun, sakemm dawk l-investimenti ma jkunux teknikament jew finanzjarjament vijabbli b'mod indipendenti.
|
|
Artikolu 10c 3.
|
Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas daqs il-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti. Sa 70 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment jistgħu jiġu appoġġati permezz ta' allokazzjoni bla ħlas sakemm l-ispejjeż li jkun fadal jiġu ffinanzjati minn entitajiet legali privati.
|
|
Artikolu 10c 4.
|
L-allokazzjonijiet bla ħlas transizzjonali għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-kwoti li l-Istat Membru kieku kien jirkanta. L-allokazzjoni bla ħlas totali m'għandhiex tkun iżjed minn 40 % tal-kwoti li l-Istat Membru kkonċernat jirċievi, skont l-Artikolu 10(2)(a), fil-perijodu mill-2021 sal-2030, mifruxa f'volumi annwali indaqs tul dak il-perijodu.
|
|
Artikolu 10c 5.
|
Fejn Stat Membru, skont l-Artikolu 10d(4), juża kwoti mqassma għall-finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fi ħdan l-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 10(2)(b), dak l-Istat Membru jista', b'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, juża għall-allokazzjoni bla ħlas transizzjonali kwantità totali sa 60 % tal-kwoti riċevuti fil-perijodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 10(2)(a), bl-użu ta' ammont korrispondenti tal-kwoti mqassma f'konformità mal-Artikolu 10(2)(b). Kwalunkwe kwota mhux allokata taħt dan l-Artikolu sal-2020 tista' tiġi riportata għall-perijodu mill-2021 sal-2030 għal investimenti magħżula permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi fil-paragrafu 2, ħlief meta l-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2019 dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jallokax dawk il-kwoti, kollha jew parti minnhom, matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 u dwar l-ammont ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati minflok fl-2020. Fejn tali kwoti jiġu allokati matul il-perijodu mill-2021 sal-2030, ammont korrispondenti ta' kwoti għandu jitqies għall-applikazzjoni tal-limitu ta' 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 10c 6.
|
L-allokazzjonijiet lill-operaturi għandhom isiru malli tingħata prova li investiment magħżul skont ir-regoli tal-proċess kompetittiv ta' offerti jkun sar. Fejn investiment iwassal għal kapaċità addizzjonali ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operatur ikkonċernat għandu wkoll juri li ammont korrispondenti ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku aktar intensiva fl-emissjonijiet ġie dekummissjonat minnu jew minn operatur assoċjat ieħor sal-bidu tal-operat tal-kapaċità addizzjonali.
|
|
Artikolu 10c 7.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku u l-operaturi tan-network li jibbenefikaw jirrapportaw, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom, inkluż il-bilanċ tal-allokazzjoni bla ħlas u n-nefqa fuq l-investiment imġarrba u t-tipi ta' investimenti appoġġati. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel tali rapporti pubbliċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|