|
+Artikolu 10c 2. |
Artikolu 10c 2.L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza proċess kompetittiv ta' offerti, li għandu jsir fi stadju wieħed jew aktar bejn l-2021 u l-2030, għal proġetti li jinvolvu ammont totali ta' investiment li jeċċedi EUR 12,5-il miljun, biex jintgħażlu l-investimenti li għandhom ikunu ffinanzjati b'allokazzjoni bla ħlas. Dak il-proċess kompetittiv ta' offerti għandu:
(a)
jikkonforma mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u ġestjoni finanzjarja tajba;
(b)
jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovament tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf, bħat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, jew għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tal-enerġija, bħat-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli, u tas-settur tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;
(c)
jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu biss proġetti li:
(i)
fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' CO2 filwaqt li jitqies id-daqs tal-proġett;
(ii)
huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda motivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;
(iii)
joffru l-aħjar valur għall-flus; u
(iv)
ma jikkontribwixxux għal, jew itejbu, il-vijabbiltà finanzjarja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b'emissjonijiet intensivi ħafna u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq karburanti fossili b'emissjonijiet intensivi. B'deroga mill-Artikolu 10(1) u mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li investiment magħżul permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti jiġi kkanċellat jew il-prestazzjoni prevista ma tintlaħaqx, il-kwoti allokati jistgħu jintużaw permezz ta' ċiklu addizzjonali wieħed tal-proċess kompetittiv ta' offerti mhux aktar kmieni minn sena wara sabiex jiġu ffinanzjati investimenti oħrajn. Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li beħsiebu jagħmel użu minn allokazzjoni bla ħlas, transizzjonali u fakultattiva, għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jiddeskrivi l-proċess kompetittiv ta' offerti, inkluż l-għadd ta' ċikli ppjanati msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-kriterji tal-għażla għall-kummenti tal-pubbliku. Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR 12,5-il miljun għandhom jiġu appoġġati b'allokazzjoni bla ħlas u ma jintgħażlux permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku. Fuq din il-bażi, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019, jistabbilixxi, jippubblika u jissottometti lill-Kummissjoni lista ta' investimenti. Fejn aktar minn investiment wieħed isir fl-istess installazzjoni, huma għandhom jiġu evalwati fit-totalità tagħhom sabiex jiġi stabbilit jekk jinqabiżx il-livell limitu ta' EUR 12,5-il miljun, sakemm dawk l-investimenti ma jkunux teknikament jew finanzjarjament vijabbli b'mod indipendenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|