+Artikolu 10e Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
---+Artikolu 10e 1.
---+Artikolu 10e 2.
---+Artikolu 10e 3.
---+Artikolu 10e 4.
---+Artikolu 10e 5.
---+Artikolu 10e 6.
---+Artikolu 10e 7.
|
Artikolu 10e Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10e 1.
|
Bħala miżura straordinarja u ta’ darba, sal-31 ta’ Awwissu 2026, il-kwoti rkantati skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rkantati sakemm l-ammont totali ta’ dħul miksub minn dan l-irkantar ikun laħaq l-EUR 20 biljun. Dak id-dħul għandu jsir disponibbli għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament u tal-Kunsill (
26
) u għandu jiġi implimentat f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 10e 2.
|
B’deroga mill-Artikolu 10a(8), sal-31 ta’ Awwissu 2026, parti mill-kwoti msemmija f’dak il-paragrafu għandha tiġi rkantata biex tappoġġa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) sa (f), tar-Regolament (UE) 2021/241, sakemm l-ammont ta’ dħul miksub minn tali rkant ikun laħaq it-EUR 12-il biljun.
|
|
Artikolu 10e 3.
|
Sal-31 ta’ Awwissu 2026, għadd ta’ kwoti mill-kwantità li kieku kienet tiġi rkantata mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2030 mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2), il-punt (a), għandhom jiġu rkantati biex jappoġġaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) sa (f), tar-Regolament (UE) 2021/241 sakemm l-ammont ta’ dħul miksub minn tali rkant ikun laħaq it-EUR 8 biljun. Dawk il-kwoti għandhom, fil-prinċipju, jiġu rkantati f’volumi annwali indaqs matul il-perjodu rilevanti.
|
|
Artikolu 10e 4.
|
B’deroga mill-Artikolu 1(5a) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, sal-31 ta’ Diċembru 2030, 27 miljun kwota mhux allokati fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq mill-kwantità totali li altrimenti tiġi invalidata fuq dak il-perijodu għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-innovazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10a(8), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 10e 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti rkantati skont il-paragrafi 2 u 3, inkluż, fejn xieraq, għall-pagamenti ta’ prefinanzjament, f’konformità mal-Artikolu 21d tar-Regolament (UE) 2021/241, jiġu rkantati f’konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva u f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (
27
) biex jiġi żgurat ammont adegwat ta’ riżorsi tal-fond għall-innovazzjoni fil-perijodu mill-2023 sal-2026. Il-perjodu għall-irkantar imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi rivedut sena wara l-bidu tiegħu fid-dawl tal-impatt tal-irkantar previst f’dan l-Artikolu fuq is-suq u l-prezz tal-karbonju.
|
|
Artikolu 10e 6.
|
Il-BEI għandu jkun l-irkantatur għall-kwoti li jridu jiġu rkantati skont dan l-Artikolu fuq il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u għandu jipprovdi d-dħul iġġenerat mill-irkantar lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 10e 7.
|
Id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (
28
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|