Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti
►M9
fl-EU ETS
◄ minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu
►M9
fl-EU ETS
◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni
►M9
tal-Unjoni.
◄