+Artikolu 11a L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti►M9fl-EU ETS◄qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima
---+Artikolu 11a 1.
---+Artikolu 11a 2.
---+Artikolu 11a 3.
---+Artikolu 11a 5.
---+Artikolu 11a 6.
---+Artikolu 11a 7.
---+Artikolu 11a 8.

Artikolu 11a L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti►M9fl-EU ETS◄qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11a 1.

Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, għandhom ikunu jistgħu jużaw l-unitajiet li ġejjin biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ kanċellament ta’ unitajiet fir-rigward tal-kwantità nnotifikata skont l-Artikolu 12(6) kif stabbilit fl-Artikolu 12(9):

(a) 

krediti awtorizzati mill-partijiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu stabbilit skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Pariġi;

(b) 

krediti awtorizzati mill-partijiet li jipparteċipaw fi programmi ta’ kreditu li jkunu ġew ikkunsidrati eliġibbli mill-Kunsill tal-ICAO kif identifikati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 8;

(c) 

krediti awtorizzati minn partijiet għal ftehimiet skont il-paragrafu 5;

(d) 

krediti maħruġa fir-rigward ta’ proġetti fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 24a.

Artikolu 11a 2.

L-unitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), jistgħu jintużaw jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

joriġinaw minn Stat li huwa Parti għall-Ftehim ta’ Pariġi fil-ħin tal-użu;

(b) 

joriġinaw minn Stat li huwa elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) bħala li qed jipparteċipa fl-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali tal-ICAO (CORSIA). Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati qabel l-2027, u lanqas ma għandha tapplika fir-rigward tal-pajjiżi l-inqas żviluppati u tal-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, kif definiti min-Nazzjonijiet Uniti, ħlief għal dawk l-Istati li l-PDG per capita tagħhom huwa daqs jew jaqbeż il-medja tal-Unjoni.

Artikolu 11a 3.
L-unitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), jistgħu jintużaw jekk ikun hemm arranġamenti stabbiliti għall-awtorizzazzjoni mill-partijiet parteċipanti, isiru aġġustamenti f’waqthom għar-rapportar tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u tal-assorbimenti minn bjar koperti mill-kontributi determinati fil-livell nazzjonali tal-partijiet parteċipanti, u l-għadd doppju u ż-żieda netta fl-emissjonijiet globali jiġu evitati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti dettaljati għall-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jistgħu jinkludu rekwiżiti ta’ rapportar u ta’ reġistru, u għall-elenkar tal-Istati jew tal-programmi li japplikaw dawk l-arranġamenti. Dawk l-arranġamenti għandhom iqisu l-flessibbiltajiet mogħtija lill-pajjiżi l-inqas żviluppati u lill-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Artikolu 11a 5.
Safejn ma jkunux intużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8 u fil-każ li ma jkunu konklużi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sal-31 ta’ Diċembru 2009, krediti minn proġetti jew minn attivitajiet oħra ta’ tnaqqis li jispeċifikaw livelli ta’ użu jistgħu jintużaw ►M9  fl-EU ETS ◄ konformement mal- istrumenti ta’ ftehim konklużi ma’ pajjiż terzi. Konformement ma’ strumenti ta’ ftehim bħal dawn, operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti minn atttivitajiet ta’ proġetti f’dawk il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ .
Artikolu 11a 6.
Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti ►M9  fl-EU ETS ◄ minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ►M9  tal-Unjoni. ◄
Artikolu 11a 7.
Ladarba jkun intlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, huma biss il-krediti minn proġetti ta’ pajjiżi terzi li kienu ratifikaw dak il-ftehim li għandhom jiġu aċċettati ►M9  fl-EU ETS ◄ sa mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 11a 8.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw l-unitajiet li ġew ikkunsidrati eliġibbli mill-Kunsill tal-ICAO u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll l-atti ta’ implimentazzjoni biex taġġorna dik il-lista, kif xieraq. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.