+Artikolu 12 8.

Artikolu 12 8.

Il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għall-finijiet tal-CORSIA għandu jsir f’konformità ma’ metodoloġija li għandha tiġi speċifikata mill-Kummissjoni fir-rigward tat-titjiriet lejn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), kif ukoll minn u bejn tali pajjiżi, u tat-titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom b’mod partikolari jagħtu dettalji ulterjuri dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti li ġejjin mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 3c, 11a, 12 u 25a, u, sa fejn ikun possibbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, mill-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati Internazzjonali dwar il-Ħarsien Ambjentali għall-CORSIA (CORSIA SARPs).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2024.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.