+Artikolu 12 It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 1a.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 3-e.
---+Artikolu 12 3-d.
---+Artikolu 12 3-c.
---+Artikolu 12 3-b.
---+Artikolu 12 3-a.
---+Artikolu 12 3a.
---+Artikolu 12 3b.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
|
Artikolu 12 It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:
(a)
persuni ġewwa
►M9
l-Unjoni ◄ ;
(b)
persuni ġewwa
►M9
l-Unjoni ◄ u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 12 1a.
|
Il-Kummisjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tistudja jekk is-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet hux protett biżżejjed mill-“insider dealing” jew mill-manipulazzjoni tas-suq u jekk ikun xieraq, jippreżentaw proposti biex jiżguraw tali protezzjoni. Id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 tal-Jannar 2003 dwar “insider dealing” u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (
29
) jistgħu jintużaw ma’ kwalunkwe aġġustament xieraq għall-applikazzjoni tagħhom fin-negozju tal-kommoditajiet.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti maħruġa minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta' operatur, ta' operatur tal-inġenji tal-ajru jew ta' kumpanija tat-tbaħħir skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri, l-Istati Membri amministrattivi u l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandhom jiżguraw li, sat-30 ta' Settembru ta' kull sena:
(a)
l-operatur ta' kull installazzjoni jċedi għadd ta' kwoti li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali minn dik l-installazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikolu 15;
(b)
kull operatur tal-inġenji tal-ajru jċedi għadd ta' kwoti li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikolu 15;
(c)
kull kumpanija tat-tbaħħir iċċedi għadd ta' kwoti li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tagħha matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikolu 3ge.
L-Istati Membri, l-Istati Membri amministrattivi u l-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta' kumpanija tat-tbaħħir għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti f'konformità mal-ewwel subparagrafu jiġu sussegwentement ikkanċellati.
|
|
Artikolu 12 3-e.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-kumpaniji tat-tbaħħir jistgħu jċedu 5 % inqas kwoti mill-emissjonijiet ivverifikati tagħhom rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn bastimenti tal-kategorija tas-silġ, dment li tali bastimenti jkollhom il-klassi tas-silġ IA jew IA Super jew klassi tas-silġ ekwivalenti, stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni 25/7 tal-HELCOM. Meta jiġu ċeduti inqas kwoti meta mqabbla mal-emissjonijiet ivverifikati, ladarba tkun ġiet stabbilita d-differenza bejn l-emissjonijiet ivverifikati u l-kwoti ċeduti fir-rigward ta' kull sena, ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għal dik id-differenza għandu jiġi kkanċellat aktar milli rkantat skont l-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 12 3-d.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 16, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, għandha tiddisponi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet huma ssodisfati u li ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra kumpaniji tat-tbaħħir fir-rigward tal-emissjonijiet li jiġu rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn vjaġġi mwettqa minn bastimenti tal-passiġġieri, għajr bastimenti tal-kruċieri, u minn bastimenti ro-ro tal-passiġġieri, bejn port ta' gżira taħt il-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru rikjedenti, mingħajr konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent u b’ popolazzjoni ta' inqas minn 200 000 resident permanenti skont l-aħjar data l-aktar riċenti disponibbli fl-2022, u port taħt il-ġuriżdizzjoni ta' dak l-istess Stat Membru, u mill-attivitajiet, f’port, ta’ tali bastimenti fir-rigward ta' tali vjaġġi.. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-gżejjer imsemmija fl-ewwel subparagrafu u l-portijiet ikkonċernati u żżomm dik il-lista aġġornata.
|
|
Artikolu 12 3-c.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 16, il-Kummissjoni, fuq talba konġunta ta' żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom ma għandux fruntiera fuq l-art ma' Stat Membru ieħor u l-Istat Membru l-ieħor ikun l-Istat Membru ġeografikament l-iktar qrib tal-Istat Membru mingħajr tali fruntiera fuq l-art, għandha tiddisponi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet huma ssodisfati u li ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra kumpaniji tat-tbaħħir fir-rigward tal-emissjonijiet li jiġu rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn vjaġġi mwettqa minn bastimenti tal-passiġġieri jew bastimenti ro-ro tal-passiġġieri fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku tranżnazzjonali jew obbligu ta' servizz pubbliku tranżnazzjonali, stabbilit fit-talba konġunta, li jgħaqqdu ż-żewġ Stati Membri, u mill-attivitajiet, f'port, minn talibastimenti fir-rigward ta' tali vjaġġi.
|
|
Artikolu 12 3-b.
|
Ma għandux jinħoloq obbligu ta' ċediment tal-kwoti fir-rigward ta' emissjonijiet li jiġu rilaxxati sal-31 ta' Diċembru 2030 minn vjaġġi bejn port li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u port li jinsab fl-istess Stat Membru, inklużi vjaġġi bejn portijiet f’reġjun ultraperiferiku u vjaġġ bejn portijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, u mill-attivitajiet, f’port, minn tali bastimenti fir-rigward ta' tali vjaġġi.
|
|
Artikolu 12 3-a.
|
Fejn meħtieġ, u sakemm ikun meħtieġ, sabiex tiġi mħarsa l-integrità ambjentali tal-EU ETS, l-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, u l-kumpaniji tat-tbaħħir fl-EU ETS għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw il-kwoti li jinħarġu minn Stat Membru li fir-rigward tagħhom hemm obbligi li jiskadu għall-operaturi, għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-kumpaniji tat-tbaħħir. L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(3) għandhom jinkludu l-miżuri meħtieġa fil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 12 3a.
|
M’għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju (
30
).
|
|
Artikolu 12 3b.
|
Ma għandux jinħoloq obbligu ta' ċediment tal-kwoti fir-rigward tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw b’tali mod li ikunu saru kimikament marbuta b'mod permanenti fi prodott hekk li f'kundizzjonijiet ta' użu normali ma jidħlux fl-atmosfera, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplementa din id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti biex tikkunsidra li l-gassijiet serra jkunu saru kimikament marbuta b'mod permanenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-kwoti huma kkanċellati fi kwalunkwe waqt fuq talba tal-persuna li jkunu fil-pussess tagħha. F'każ tal-għeluq tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali addizzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkanċellaw kwoti, u huma mħeġġa ferm jagħmlu dan, mill-kwantità totali ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minnhom imsemmija fl-Artikolu 10(2) sa ammont li jikkorrispondi għall-medja tal-emissjonijiet verifikati tal-installazzjoni kkonċernata matul perjodu ta' ħames snin qabel l-għeluq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar tali kanċellazzjoni ppjanata, jew dwar ir-raġunijiet għal nuqqas ta' kanċellazzjoni, f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4).
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10c.
|
|
Artikolu 12 6.
|
F’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ kumpens kull sena għas-sena kalendarja preċedenti fir-rigward ta’ titjiriet lejn, minn u bejn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), u fir-rigward ta’ titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), u sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru. F’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ kumpens finali totali għal perjodu partikolari ta’ konformità mal-CORSIA u, sat-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara l-aħħar sena tal-perjodu rilevanti ta’ konformità mal-CORSIA, jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ta’ dawk ir-rekwiżiti. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin dwar il-livell ta’ kumpens:
(a)
l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru; u
(b)
jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta’ aktar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta’ ajruplani b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ aktar minn 5 700 kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, mill-1 ta’ Jannar 2021.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tipi ta’ titjiriet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:
(v)
titjiriet tat-tifi tan-nar;
(vi)
titjiriet li jsiru qabel jew wara titjira umanitarja, medika jew tat-tifi tan-nar, dment li tali titjiriet ikunu twettqu bl-istess inġenju tal-ajru u kienu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet umanitarji, mediċi jew tat-tifi tan-nar relatati jew biex l-inġenju tal-ajru jiġi ppożizzjonat mill-ġdid wara dawk l-attivitajiet għall-attività li jmiss tiegħu.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Fl-istennija ta’ att leġiżlattiv li jemenda din id-Direttiva fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u li jimplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq, u fil-każ li l-perjodu għat-traspożizzjoni ta’ tali att leġiżlattiv ma jkunx skada sat-30 ta’ Novembru 2023, u l-Fattur ta’ Tkabbir tas-Settur (SGF) għall-emissjonijiet tal-2022, li għandu jiġi ppubblikat mill-ICAO, ikun żero, l-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ Novembru 2023, jinnotifikaw lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li, fir-rigward tas-sena 2022, ir-rekwiżiti ta’ kumpens tagħhom skont it-tifsira tal-paragrafu 3.2.1 tal-CORSIA SARPs tal-ICAO jammontaw għal żero.
|
|
Artikolu 12 8.
|
Il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għall-finijiet tal-CORSIA għandu jsir f’konformità ma’ metodoloġija li għandha tiġi speċifikata mill-Kummissjoni fir-rigward tat-titjiriet lejn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3), kif ukoll minn u bejn tali pajjiżi, u tat-titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3). Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kumpens għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom b’mod partikolari jagħtu dettalji ulterjuri dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti li ġejjin mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 3c, 11a, 12 u 25a, u, sa fejn ikun possibbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, mill-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati Internazzjonali dwar il-Ħarsien Ambjentali għall-CORSIA (CORSIA SARPs). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2024.
|
|
Artikolu 12 9.
|
L-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, għandhom jikkanċellaw l-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 11a biss fir-rigward tal-kwantità nnotifikata minn dak l-Istat Membru, f’konformità mal-paragrafu 6, fir-rigward tal-perjodu rilevanti ta’ konformità mal-CORSIA. Il-kanċellazzjoni għandha ssir sal-31 ta’ Jannar 2025 għall-emissjonijiet fil-perjodu mill-2021 sal-2023 u sal-31 ta’ Jannar 2028 għall-emissjonijiet fil-perjodu mill-2024 sal-2026.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|