|
+Artikolu 14 5. |
Artikolu 14 5.L-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għandhom jirrapportaw darba fis-sena dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2 li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2025. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Awwissu 2024 att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tinkludi l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2 f’qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Dak il-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għandu jkun fih, bħala minimu, id-data disponibbli dwar it-trajettorja tridimensjonali tal-inġenju tal-ajru, u l-umdità u t-temperatura ambjentali biex ikun hemm ekwivalenti ta’ CO2 li jiġi prodott għal kull titjira. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, soġġett għar-riżorsi disponibbli, li jkun hemm għodod disponibbli biex jiffaċilitaw u, sa fejn possibbli jawtomatizzaw l-monitoraġġ, rapportar u verifika sabiex jimminimizzaw kwalunkwe piż amministrattiv. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul kull sena kalendarja, kull operatur ta’ inġenju tal-ajru jimmonitorja u jirrapporta l-effetti mhux derivati mis-CO2 minn kull inġenju tal-ajru li jopera lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ kull sena f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti fuq bażi annwali mill-2026, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10(5), rapport dwar ir-riżultati mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Sal-31 ta’ Diċembru 2027, abbażi tar-riżultati mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għall-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport u, fejn xieraq, u wara li l-ewwel tkun wettqet valutazzjoni tal-impatt, proposta leġiżlattiva biex timmitiga effetti tal-avjazzjoni li mhumiex CO2 billi tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS biex jinkludi l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|