+Artikolu 14 Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.

Artikolu 14 Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
►M15  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u, meta jkun rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva, u l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni fuq rotot li għalihom l-emissjonijiet jiġu rrapportati fl-ambitu ta' din id-Direttiva, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar stabbiliti fl-Anness IV ta' din id-Direttiva u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal ta' tisħin globali ta' kull gass serra u jqisu l-għarfien xjentifiku aġġornat dwar l-effetti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u l-effetti tagħhom, inklużi l-effetti tel-emissjonijiet li mhumiex CO2 tal-avjazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni tal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont din id-Direttiva, sabiex tali bijomassa jkollha rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw kif għandu jitqies il-ħżin tal-emissjonijiet minn taħlita ta' sorsi b'rata żero u sorsi mhux b'rata żero. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif għandhom jitqiesu l-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika u fjuwils tal-karbonju riċiklati, filwaqt li jiżguraw li jitqiesu tali emissjonijiet u li jiġi evitat għadd doppju. ◄

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Artikolu 14 2.

►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta ►M9  bl-EU ETS ◄ assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti.

Artikolu 14 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ istallazzjoni jew ta’ ajruplan jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalendarja jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-ajruplan li hu jopera, lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena konformement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 14 4.
►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi rekwiżiti dwar l-użu ta’ sistemi awtomatizzati u forom ta’ skambju ta’ data għall-armonizzazzjoni tal-komunikazzjoni fil-pjan ta’ monitoraġġ, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u fl-attivitajiet ta’ verifika bejn l-operatur, min iwettaq il-verifika u l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 14 5.
L-operaturi ta’ inġenju tal-ajru għandhom jirrapportaw darba fis-sena dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2 li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2025. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Awwissu 2024 att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tinkludi l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2 f’qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Dak il-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għandu jkun fih, bħala minimu, id-data disponibbli dwar it-trajettorja tridimensjonali tal-inġenju tal-ajru, u l-umdità u t-temperatura ambjentali biex ikun hemm ekwivalenti ta’ CO2 li jiġi prodott għal kull titjira. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, soġġett għar-riżorsi disponibbli, li jkun hemm għodod disponibbli biex jiffaċilitaw u, sa fejn possibbli jawtomatizzaw l-monitoraġġ, rapportar u verifika sabiex jimminimizzaw kwalunkwe piż amministrattiv.

Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul kull sena kalendarja, kull operatur ta’ inġenju tal-ajru jimmonitorja u jirrapporta l-effetti mhux derivati mis-CO2 minn kull inġenju tal-ajru li jopera lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ kull sena f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti fuq bażi annwali mill-2026, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10(5), rapport dwar ir-riżultati mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2027, abbażi tar-riżultati mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għall-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport u, fejn xieraq, u wara li l-ewwel tkun wettqet valutazzjoni tal-impatt, proposta leġiżlattiva biex timmitiga effetti tal-avjazzjoni li mhumiex CO2 billi tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS biex jinkludi l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2.

Artikolu 14 6.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika, mill-inqas, id-data aggregata annwali segwenti relatata mal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportata lill-Istati Membri jew trażmessa lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 ( 31 ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 ( 32 ), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza rispettiva tar-rapportar u b’mod li tkun tista’ tintuża faċilment:

(a) 

għal kull par ajrudromi fiż-ŻEE:

(i) 

l-emissjonijiet tas-CO2 mit-titjiriet kollha;

(ii) 

l-għadd totali ta’ titjiriet;

(iii) 

l-għadd totali ta’ passiġġieri;

(iv) 

it-tipi ta’ inġenju tal-ajru;

(b) 

għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru:

(i) 

data dwar l-emissjonijiet minn titjiriet fiż-ŻEE, minn titjiriet li jitilqu miż-ŻEE, titjiriet li jaslu fiż-ŻEE u titjiriet bejn żewġ pajjiżi terzi, imqassma skont il-pari ta’ Stati, u data dwar l-emissjonijiet soġġetti għall-obbligu li jiġu kkanċellati l-unitajiet tal-emissjonijiet eliġibbli skont il-CORSIA;

(ii) 

l-ammont ta’ rekwiżiti ta’ kumpens, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 12(8);

(iii) 

l-ammont u t-tip ta’ krediti skont l-Artikolu 11a użati għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ kumpens tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (ii) ta’ dan il-punt;

(iv) 

l-ammont u t-tip ta’ fjuwils użati li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont din id-Direttiva jew li jintitolaw lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jirċievi kwoti skont l-Artikolu 3c(6).

Għall-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, f’ċirkostanzi speċifiċi fejn -operatur ta’ inġenju tal-ajru jopera fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ ajrudromi jew fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ Stati li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kumpens jew fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ Stati li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti ta’ kumpens, dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru jista’ jitlob lill-Istat Membru amministrattiv li ma jippubblikax tali data fil-livell tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru, u jispjega għaliex id-divulgazzjoni tkun titqies li tagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali tiegħu. Abbażi ta’ dik it-talba, l-Istat Membru amministrattiv jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika dik id-data f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.