+Artikolu 14 6.

Artikolu 14 6.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika, mill-inqas, id-data aggregata annwali segwenti relatata mal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni rrapportata lill-Istati Membri jew trażmessa lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 ( 31 ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 ( 32 ), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza rispettiva tar-rapportar u b’mod li tkun tista’ tintuża faċilment:

(a) 

għal kull par ajrudromi fiż-ŻEE:

(i) 

l-emissjonijiet tas-CO2 mit-titjiriet kollha;

(ii) 

l-għadd totali ta’ titjiriet;

(iii) 

l-għadd totali ta’ passiġġieri;

(iv) 

it-tipi ta’ inġenju tal-ajru;

(b) 

għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru:

(i) 

data dwar l-emissjonijiet minn titjiriet fiż-ŻEE, minn titjiriet li jitilqu miż-ŻEE, titjiriet li jaslu fiż-ŻEE u titjiriet bejn żewġ pajjiżi terzi, imqassma skont il-pari ta’ Stati, u data dwar l-emissjonijiet soġġetti għall-obbligu li jiġu kkanċellati l-unitajiet tal-emissjonijiet eliġibbli skont il-CORSIA;

(ii) 

l-ammont ta’ rekwiżiti ta’ kumpens, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 12(8);

(iii) 

l-ammont u t-tip ta’ krediti skont l-Artikolu 11a użati għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ kumpens tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (ii) ta’ dan il-punt;

(iv) 

l-ammont u t-tip ta’ fjuwils użati li għandhom fattur ta’ emissjonijiet żero skont din id-Direttiva jew li jintitolaw lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jirċievi kwoti skont l-Artikolu 3c(6).

Għall-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, f’ċirkostanzi speċifiċi fejn -operatur ta’ inġenju tal-ajru jopera fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ ajrudromi jew fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ Stati li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kumpens jew fuq għadd limitat ħafna ta’ pari ta’ Stati li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti ta’ kumpens, dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru jista’ jitlob lill-Istat Membru amministrattiv li ma jippubblikax tali data fil-livell tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru, u jispjega għaliex id-divulgazzjoni tkun titqies li tagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali tiegħu. Abbażi ta’ dik it-talba, l-Istat Membru amministrattiv jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika dik id-data f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.