|
+Artikolu 25a 1. |
Artikolu 25a 1.
►M9
Fejn pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż terz li jinżlu fl-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' dak il-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22a(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-EU ETS u l-miżuri ta' dak il-pajjiż. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-Anness I ma' din id-Direttiva biex ikun previst li titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tkun prevista kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I, ħlief b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni, li huma meħtieġa minn ftehim konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ◄ Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|