+Artikolu 25a Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima
---+Artikolu 25a 1.
---+Artikolu 25a 2.
---+Artikolu 25a 3.
---+Artikolu 25a 4.
---+Artikolu 25a 5.
---+Artikolu 25a 6.
---+Artikolu 25a 7.
---+Artikolu 25a 8.

Artikolu 25a Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25a 1.
►M9  Fejn pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż terz li jinżlu fl-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' dak il-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22a(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-EU ETS u l-miżuri ta' dak il-pajjiż.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-Anness I ma' din id-Direttiva biex ikun previst li titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tkun prevista kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I, ħlief b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni, li huma meħtieġa minn ftehim konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ◄

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 25a 2.
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehimiet dwar miżuri globali biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni, allinjati mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u tal-Ftehim ta’ Pariġi. Fid-dawl ta’ tali ftehimiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru humiex meħtieġa.
Artikolu 25a 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-Istati għajr il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b’linja bażi tal-2019 għall-2021 sal-2023 u linja bażi ta’ 85 % tal-emissjonijiet tal-2019 għal kull sena mill-2024. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
Artikolu 25a 4.
Fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2026 minn titjiriet lejn u minn Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12(3) fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet.
Artikolu 25a 5.
Fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2026 minn titjiriet bejn iż-ŻEE u Stati li mhumiex elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għajr titjiriet lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12(3) fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet.
Artikolu 25a 6.
Fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn il-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u minn tali pajjiżi u Stati kif definiti min-Nazzjonijiet Uniti, minbarra dawk elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u dawk l-Istati li l-PDG per capita tagħhom ikun daqs jew jaqbeż il-medja tal-Unjoni, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12(3) fir-rigward ta’ dawk l-emissjonijiet.
Artikolu 25a 7.
Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li hemm distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni, bħal distorsjoni kkawżata minn pajjiż terz li japplika l-CORSIA b’mod inqas strett fil-liġi domestika tiegħu jew li jonqos milli jinforza d-dispożizzjonijiet tal-CORSIA b’mod ugwali għall-operaturi kollha tal-inġenju tal-ajru, li hija ta’ detriment għall-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li jkunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex teżenta lil dawk l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru mir-rekwiżiti ta’ kumpens kif stabbilit fl-Artikolu 12(9) fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn u minn tali Stati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
Artikolu 25a 8.
Meta operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru, joperaw titjiriet bejn żewġ Stati differenti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, inklużi titjiriet li jseħħu bejn l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u dawk l-Istati jippermettu lill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jużaw unitajiet oħrajn għajr dawk fil-lista adottata skont l-Artikolu 11a(8), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jippermettu lil dawk l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jużaw tipi ta’ unitajiet addizzjonali għal dawk fuq il-lista jew li ma jkunux marbuta bil-kundizzjonijiet tal-Artikolu 11a(2) u (3) fir-rigward tal-emissjonijiet minn tali titjiriet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.