|
+Artikolu 28 1. |
Artikolu 28 1.Fi żmien tliet xhur wara li ►M9 l-Unjoni ◄ tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:
(a)
in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;
(b)
l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell ►M9 ta' Unjoni ◄ sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;
(c)
il-kompetittività tal-industriji ►M9 tal-Unjoni ◄ tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(d)
l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi ►M9 oħra tal-Unjoni ◄ ;
(e)
l-impatt fuq il-qasam agrikolu ►M9 tal-Unjoni ◄ , inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(f)
il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija ►M9 fl-Unjoni ◄ ;
(g)
l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|