+Artikolu 28b Ir-rapportar u r-rieżami mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq
---+Artikolu 28b 1.
---+Artikolu 28b 2.
---+Artikolu 28b 3.

Artikolu 28b Ir-rapportar u r-rieżami mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28b 1.

Qabel l-1 ta’ Jannar 2027 u kull tliet snin minn dik id-data ’l quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

l-istrumenti rilevanti tal-ICAO, inklużi l-istandards u l-prattiki rakkomandati, kif ukoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-elementi kollha tal-basket ta’ miżuri tal-ICAO lejn il-kisba tal-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul adottat fil-41 Assemblea tal-ICAO;

(b) 

ir-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq, inkluża kwalunkwe bidla li jista’ jkun hemm fil-linji bażi;

(c) 

l-istabbiliment ta’ reġistru globali;

(d) 

il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021;

(e) 

il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-kumpens taħt il-CORSIA minn pajjiżi terzi, inklużi l-implikazzjonijiet tar-riżervi tagħhom fir-rigward ta’ tali parteċipazzjoni; u

(f) 

żviluppi internazzjonali rilevanti u strumenti applikabbli oħra, kif ukoll il-progress biex jitnaqqsu l-impatti totali tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima.

F’konformità mar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi biex jintlaħaq l-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul tas-settur tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu għal żero netti sal-2050, ivvalutati f’konformità mal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (f).

Artikolu 28b 2.
Sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li fih għandha tivvaluta l-integrità ambjentali tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq, inklużi l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta’ Pariġi, il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-kumpens taħt il-CORSIA, l-infurzabbiltà tagħha, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta’ konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta’ kumpens, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dak ir-rapport ukoll sal-1 ta’ Lulju 2026.
Artikolu 28b 3.

Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn xieraq, biex tiġi emendata din id-Direttiva, b’tali mod li jkunu konsistenti mal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi rigward it-temperatura, l-impenn ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv li tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u bl-għan li jiġu ppreservati l-effettività u l-integrità ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni. Proposta ta’ akkumpanjament għandha, kif xieraq, tinkludi l-applikazzjoni tal-EU ETS għal titjiriet li jitilqu minn ajrudromi li jinsabu fi Stati fiż-ŻEE lejn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE minn Jannar 2027 u teskludi titjiriet li jaslu minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE fejn ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 juri li:

(a) 

l-Assemblea tal-ICAO sal-31 ta’ Diċembru 2025 ma saħħitx il-CORSIA f’konformità mal-kisba tal-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul tagħha, lejn l-ilħuq tal-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi; jew

(b) 

l-Istati elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) jirrappreżentaw inqas minn 70 % tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali bl-użu tal-aktar data reċenti disponibbli.

Il-proposta ta’ akkumpanjanment għandha wkoll, kif xieraq, tippermetti l-possibbiltà li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jnaqqsu kwalunkwe kost imġarrab minn kumpens fl-ambitu tal-CORSIA fuq dawk ir-rotot, biex jiġi evitat li jkun hemm imposti doppji. Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu ma jiġux issodisfati, il-proposta għandha temenda din id-Direttiva, kif xieraq, biex tkompli tapplika l-EU ETS biss għal titjiriet fiż-ŻEE, għal titjiriet lejn l-Iżvizzera u lejn ir-Renju Unit u għal titjiriet lejn Stati mhux elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.