|
+Artikolu 28b 1. |
Artikolu 28b 1.Qabel l-1 ta’ Jannar 2027 u kull tliet snin minn dik id-data ’l quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a)
l-istrumenti rilevanti tal-ICAO, inklużi l-istandards u l-prattiki rakkomandati, kif ukoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-elementi kollha tal-basket ta’ miżuri tal-ICAO lejn il-kisba tal-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul adottat fil-41 Assemblea tal-ICAO;
(b)
ir-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq, inkluża kwalunkwe bidla li jista’ jkun hemm fil-linji bażi;
(c)
l-istabbiliment ta’ reġistru globali;
(d)
il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq li trid tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021;
(e)
il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-kumpens taħt il-CORSIA minn pajjiżi terzi, inklużi l-implikazzjonijiet tar-riżervi tagħhom fir-rigward ta’ tali parteċipazzjoni; u
(f)
żviluppi internazzjonali rilevanti u strumenti applikabbli oħra, kif ukoll il-progress biex jitnaqqsu l-impatti totali tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima. F’konformità mar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi biex jintlaħaq l-għan ta’ aspirazzjoni globali fit-tul tas-settur tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu għal żero netti sal-2050, ivvalutati f’konformità mal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (f). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|