+Artikolu 30 7.
|
Artikolu 30 7.
Sal-31 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-EU ETS, inkluż bil-ħsieb tal-inklużjoni tagħhom mill-2028 u b'valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali ta' għażla ta' nonparteċipazzjoni għal Stat Membru sal-31 ta' Diċembru 2030. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tqis l-importanza li s-setturi kollha jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u d-devjazzjoni potenzjali tal-iskart lejn ir-rimi b’rimi f'landfill fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni, barra minn hekk, għandha tqis kriterji rilevanti bħall-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali, l-allinjament mal-objettivi tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
39
) u r-robustezza u l-eżattezza fir-rigward tal-monitoraġġ u l-kalkolu tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jiġu applikati għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti addizzjonali fir-rigward tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali, u biex jiġu evitati devjazzjoni potenzjali tal-iskart. Fir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-possibbiltà li tinkludi proċessi oħra ta' mmaniġġjar tal-iskart fl-EU ETS, b'mod partikolari landfills li joħolqu emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż fl-Unjoni. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tista' wkoll takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex tinkludi tali proċessi oħra ta' mmaniġġjar tal-iskart fl-EU ETS.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|