+Artikolu 30 Reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-iżvilupp tas-swieq tal-karbonju f'ekonomiji ewlenin oħra
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.

Artikolu 30 Reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-iżvilupp tas-swieq tal-karbonju f'ekonomiji ewlenin oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Din id-Direttiva għandha tibqa' tiġi rieżaminata fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali u l-isforzi mwettqa biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi, u ta’ kwalunkwe impenn rilevanti li jirriżulta mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Artikolu 30 2.
Il-miżuri biex jiġu appoġġati ċerti industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu ikunu soġġetti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju msemmija fl-Artikoli 10a u 10b ta' din id-Direttiva għandhom ukoll jinżammu taħt rieżami fid-dawl tal-miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima f'ekonomiji ewlenin oħra. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-miżuri marbuta mal-kumpens ta' kostijiet indiretti għandhomx jiġu armonizzati aktar. Il-miżuri applikabbli għas-setturi tas-CBAM għandhom jinżammu taħt rieżami fid-dawl tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956. Qabel l-1 ta' Jannar 2028, u kull sentejn wara dik id-data, bħala parti mir-rapporti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 30(6) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-CBAM fuq ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet.

Ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa li jittieħdu miżuri addizzjonali, inkluż miżuri leġiżlattivi, biex jiġu indirizzati r-riskji ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rapport, meta jkun xieraq, għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

Artikolu 30 3.
Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest ta' kull rendikont globali miftiehem fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni fid-dawl tat-tnaqqis meħtieġ ta' gassijiet serra mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż fir-rigward tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tista' tagħmel proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex din id-Direttiva tiġi emendata, b'mod partikolari sabiex tkun żgurata l-konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u l-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament. Meta tagħmel il-proposti leġiżlattivi tagħha, il-Kummissjoni għandha, għal dak il-għan, tikkunsidra, fost oħrajn, l-baġit indikattiv proġettat tal-Unjoni għall-gassijiet serra għall-perjodu mill-2030 sal-2050 kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 30 4.
Qabel l-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi aġġornata tal-effetti, mhux derivati mis-CO2, tal-avjazzjoni, akkumpanjata, fejn adatt, minn proposta dwar kif jiġu indirizzati dawk l-effetti.
Artikolu 30 5.

Sal-31 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjonijiet li ġejjin, akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva u valutazzjoni tal-impatt:

(a) 

kif l-emissjonijiet negattivi li jirriżultaw mill-gassijiet serra li jitneħħew mill-atmosfera u jinħażnu b'mod sikur u permanenti jistgħu jitqiesu u kif dawk l-emissjonijiet negattivi jistgħu jiġu koperti bl-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, jekk ikun xieraq, inkluż kamp ta' applikazzjoni ċar u kriterji stretti għal tali kopertura, u salvagwardji biex jiġi żgurat li tali assorbimenti ma jikkumpensawx it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(b) 

il-fattibbiltà li, mill-2031, jitbaxxew il-limiti tal-input termiku nominali totali ta' 20 MW għall-attivitajiet fl-Anness I;

(c) 

jekk l-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra koperti minn din id-Direttiva humiex effettivament meqjusa, u jekk l-għadd doppju huwiex effettivament evitat; b'mod partikolari, għandha tivvaluta l-kontabbiltà tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw fi prodott b'mod differenti minn dak imsemmi fl-Artikolu 12(3b).

Artikolu 30 6.
Meta tirrieżamina din id-Direttiva, f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tanalizza kif jistgħu jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-EU ETS u swieq oħra tal-karbonju, mingħajr ma xxekkel il-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika u tal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.
Artikolu 30 7.
Sal-31 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-EU ETS, inkluż bil-ħsieb tal-inklużjoni tagħhom mill-2028 u b'valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali ta' għażla ta' nonparteċipazzjoni għal Stat Membru sal-31 ta' Diċembru 2030. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tqis l-importanza li s-setturi kollha jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u d-devjazzjoni potenzjali tal-iskart lejn ir-rimi b’rimi f'landfill fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tal-iskart lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni, barra minn hekk, għandha tqis kriterji rilevanti bħall-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali, l-allinjament mal-objettivi tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 39 ) u r-robustezza u l-eżattezza fir-rigward tal-monitoraġġ u l-kalkolu tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jiġu applikati għall-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti addizzjonali fir-rigward tal-installazzjonijiet tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali, u biex jiġu evitati devjazzjoni potenzjali tal-iskart.

Fir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-possibbiltà li tinkludi proċessi oħra ta' mmaniġġjar tal-iskart fl-EU ETS, b'mod partikolari landfills li joħolqu emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż fl-Unjoni. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tista' wkoll takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva biex tinkludi tali proċessi oħra ta' mmaniġġjar tal-iskart fl-EU ETS.

Artikolu 30 8.

Fl-2026, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5):

(a) 

evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u klimatiċi tat-titjiriet ta’ inqas minn 1 000  km u l-kunsiderazzjoni tal-għażliet biex jitnaqqsu dawk l-impatti, inklużi eżami ta’ modi alternattivi ta’ trasport pubbliku disponibbli u ż-żieda fl-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli;

(b) 

evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u klimatiċi tat-titjiriet imwettqa minn operaturi eżentati skont il-punti (h) jew (k) tal-entrata “L-avjazzjoni” tal-kolonna “Attività” fit-tabella tal-Anness I, u l-kunsiderazzjonijiet tal-għażliet biex jitnaqqsu dawk l-impatti;

(c) 

evalwazzjoni tal-impatti soċjali ta’ din id-Direttiva fis-settur tal-avjazzjoni, inkluż fuq il-forza tax-xogħol tiegħu u l-kostijiet tal-ivvjaġġar bl-ajru; u

(d) 

evalwazzjoni tal-konnettività bl-ajru tal-gżejjer u tat-territorji remoti, inkluża kunsiderazzjoni tal-kompetittività u tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll l-impatti ambjentali u klimatiċi.

Ir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fejn xieraq, għandu jitqies ukoll għar-reviżjoni futura ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.