|
+Artikolu 30d 4. |
Artikolu 30d 4.Mill-ammont ta' kwoti li jifdal u sabiex jiġi ġġenerat, flimkien mad-dħul mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 10a(8b) ta’ din id-Direttiva, ammont massimu ta' EUR 65 000 000 000 , il-Kummissjoni għandha tiżgura li ammont addizzjonali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu jiġi rkantat u d-dħul ġenerat minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond Soċjali għall-Klima msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet msemmija fl-Artikolu 10(4) u fl-atti delegati adottati skont dak l-Artikolu. Id-dħul mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għandu jiġi użat f'konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond Soċjali għall-Klima. L-ammont annwali allokat għall-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-Artikolu 10a(8b), il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż:
(a)
għall-2026, EUR 4 000 000 000 ;
(b)
għall-2027, EUR 10 900 000 000 ;
(c)
għall-2028, EUR 10 500 000 000 ;
(d)
għall-2029, EUR 10 300 000 000 ;
(e)
għall-2030, EUR 10 100 000 000 ;
(f)
għall-2031, EUR 9 800 000 000 ;
(g)
għall-2032, EUR 9 400 000 000 . Meta s-sistema ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita f'konformità ma' dan il-Kapitolu tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k, l-ammont massimu li jrid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun ta' EUR 54 600 000 000 . F'tali każ, l-ammonti annwali allokati għall-Fond Soċjali għall-Klima ma għandhomx jaqbżu kumulattivament għas-snin 2026 u 2027, EUR 4 000 000 000 , u għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2032, l-ammont annwali rilevanti ma għandux jaqbeż:
(a)
għall-2028, EUR 11 400 000 000 ;
(b)
għall-2029, EUR 10 300 000 000 ;
(c)
għall-2030, EUR 10 100 000 000 ;
(d)
għall-2031, EUR 9 800 000 000 ;
(e)
għall-2032, EUR 9 000 000 000 . Meta d-dħul iġġenerat mill-irkantar imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jiġi stabbilit bħala riżorsa proprja f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, l-Artikolu 10(8b) ta' din id-Direttiva, il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|