+Artikolu 30d L-irkantar ta' kwoti għall-attività msemmija fl-Anness III
---+Artikolu 30d 1.
---+Artikolu 30d 2.
---+Artikolu 30d 3.
---+Artikolu 30d 4.
---+Artikolu 30d 5.
---+Artikolu 30d 6.
---+Artikolu 30d 7.

Artikolu 30d L-irkantar ta' kwoti għall-attività msemmija fl-Anness III

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30d 1.
Mill-2027, il-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rkantati, sakemm ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Il-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rkantati separatament mill-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III ta' din id-Direttiva.
Artikolu 30d 2.
L-irkantar tal-kwoti skont dan il-Kapitolu għandu jibda fl-2027 b'ammont li jikkorrispondi għal 130 % tal-volumi tal-irkant għall-2027 stabbiliti abbażi tal-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għal dik is-sena u l-ishma u l-volumi tal-irkant rispettivi skont il-paragrafi 3 sa 6 ta' dan l-Artikolu. It- 30 % addizzjonali li jridu jiġu rkantati għandhom jintużaw biss biex jiġu ċeduti l-kwoti skont l-Artikolu 30e(2) u jistgħu jiġu rkantati sal-31 ta' Mejju 2028. It-30 % addizzjonali għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkant għall-perjodu mill-2029 sal-2031. Il-kundizzjonijiet għall-irkantijiet previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 10(4).

Fl-2027, għandhom jinħolqu 600 miljun kwota koperti minn dan il-Kapitolu bħala parteċipazzjonijiet fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1a(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

Artikolu 30d 3.
Għandhom jiġu rkantati 150 miljun kwota maħruġa taħt dan il-Kapitolu u d-dħul kollu minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032.
Artikolu 30d 4.
Mill-ammont ta' kwoti li jifdal u sabiex jiġi ġġenerat, flimkien mad-dħul mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 10a(8b) ta’ din id-Direttiva, ammont massimu ta' EUR 65 000 000 000 , il-Kummissjoni għandha tiżgura li ammont addizzjonali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu jiġi rkantat u d-dħul ġenerat minn dawk l-irkanti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/955 sal-2032.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Fond Soċjali għall-Klima msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet msemmija fl-Artikolu 10(4) u fl-atti delegati adottati skont dak l-Artikolu.

Id-dħul mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'dan il-paragrafu għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u għandu jiġi użat f'konformità mar-regoli applikabbli għall-Fond Soċjali għall-Klima.

L-ammont annwali allokat għall-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-Artikolu 10a(8b), il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż:

(a) 

għall-2026, EUR 4 000 000 000 ;

(b) 

għall-2027, EUR 10 900 000 000 ;

(c) 

għall-2028, EUR 10 500 000 000 ;

(d) 

għall-2029, EUR 10 300 000 000 ;

(e) 

għall-2030, EUR 10 100 000 000 ;

(f) 

għall-2031, EUR 9 800 000 000 ;

(g) 

għall-2032, EUR 9 400 000 000 .

Meta s-sistema ta’ skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita f'konformità ma' dan il-Kapitolu tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k, l-ammont massimu li jrid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun ta' EUR 54 600 000 000 . F'tali każ, l-ammonti annwali allokati għall-Fond Soċjali għall-Klima ma għandhomx jaqbżu kumulattivament għas-snin 2026 u 2027, EUR 4 000 000 000 , u għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2032, l-ammont annwali rilevanti ma għandux jaqbeż:

(a) 

għall-2028, EUR 11 400 000 000 ;

(b) 

għall-2029, EUR 10 300 000 000 ;

(c) 

għall-2030, EUR 10 100 000 000 ;

(d) 

għall-2031, EUR 9 800 000 000 ;

(e) 

għall-2032, EUR 9 000 000 000 .

Meta d-dħul iġġenerat mill-irkantar imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jiġi stabbilit bħala riżorsa proprja f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu tat-TFUE, l-Artikolu 10(8b) ta' din id-Direttiva, il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 30d 5.
Il-kwantità totali tal-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu wara li jitnaqqsu l-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri u distribwiti bejniethom f'ishma li jkunu identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għall-kategoriji ta' sorsi ta' emissjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu, il-punti (b), (c) u (d), tal-Anness III ta' din id-Direttiva għall-medja tal-perjodu mill-2016 sal-2018 tal-Istat Membru kkonċernat, kif rieżaminati b'mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 30d 6.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul li jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew id-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak id-dħul għal wieħed jew aktar mill-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jagħtu prijorità lil attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet taħt dan il-Kapitolu, jew għal wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:

(a) 

miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini jew għat-tnaqqis tal-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, inkluża l-integrazzjoni ta' enerġiji rinnovabbli u miżuri relatati f’konformità mal-Artikolu 7(11) u l-Artikoli 12 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE, kif ukoll miżuri li jipprovdu appoġġ finanzjarju għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx f'bini bl-agħar rendiment;

(b) 

miżuri maħsuba biex jaċċelleraw l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-introduzzjoni ta' infrastruttura kompletament interoperabbli tar-riforniment tal-fjuwil u tal-irriċarġjar għal vetturi b'emissjonijiet żero, jew miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu transizzjoni lejn it-trasport pubbliku u jtejbu l-multimodalità, jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali li jikkonċernaw l-utenti tat-trasport bi dħul baxx u medju;

(c) 

biex jiffinanzjaw il-Pjan Soċjali għall-Klima tagħhom f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2023/955;

(d) 

biex jipprovdu kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f'każijiet li fihom ma kienx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet jew li fihom il-kwoti ġew ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu kif imsemmi fl-Artikolu 30f(5).

L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju jew politiki regolatorji li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għall-finijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul imsemmi f'dak is-subparagrafu ġġenerat mill-irkantar tal-kwoti kif imsemmi f'dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu billi jinkludu din l-informazzjoni fir-rapporti tagħhom sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 30d 7.
L-Artikolu 10(4) u (5) għandhom japplikaw għall-kwoti maħruġa skont dan il-Kapitolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.