|
+Artikolu 30d 6. |
Artikolu 30d 6.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, ħlief għad-dħul li jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew id-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak id-dħul għal wieħed jew aktar mill-finijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jagħtu prijorità lil attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet taħt dan il-Kapitolu, jew għal wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:
(a)
miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini jew għat-tnaqqis tal-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, inkluża l-integrazzjoni ta' enerġiji rinnovabbli u miżuri relatati f’konformità mal-Artikolu 7(11) u l-Artikoli 12 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE, kif ukoll miżuri li jipprovdu appoġġ finanzjarju għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx f'bini bl-agħar rendiment;
(b)
miżuri maħsuba biex jaċċelleraw l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-introduzzjoni ta' infrastruttura kompletament interoperabbli tar-riforniment tal-fjuwil u tal-irriċarġjar għal vetturi b'emissjonijiet żero, jew miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu transizzjoni lejn it-trasport pubbliku u jtejbu l-multimodalità, jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali li jikkonċernaw l-utenti tat-trasport bi dħul baxx u medju;
(c)
biex jiffinanzjaw il-Pjan Soċjali għall-Klima tagħhom f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2023/955;
(d)
biex jipprovdu kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f'każijiet li fihom ma kienx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet jew li fihom il-kwoti ġew ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu kif imsemmi fl-Artikolu 30f(5). L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta' appoġġ fiskali jew finanzjarju jew politiki regolatorji li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għall-finijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul imsemmi f'dak is-subparagrafu ġġenerat mill-irkantar tal-kwoti kif imsemmi f'dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu billi jinkludu din l-informazzjoni fir-rapporti tagħhom sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|