+Artikolu 30h Miżuri f’każ ta’ żieda eċċessiva tal-prezzijiet
---+Artikolu 30h 1.
---+Artikolu 30h 2.
---+Artikolu 30h 3.
---+Artikolu 30h 4.
---+Artikolu 30h 5.
---+Artikolu 30h 6.
---+Artikolu 30h 7.
---+Artikolu 30h 8.
---+Artikolu 30h 9.

Artikolu 30h Miżuri f’każ ta’ żieda eċċessiva tal-prezzijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30h 1.
Meta, għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi, il-prezz medju tal-kwoti fl-irkantijiet imwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva jkun aktar mid-doppju tal-prezz medju tal-kwoti matul is-sitt xhur konsekuttivi preċedenti fl-irkantijiet għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, 50 miljun kwota koperta minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

Għas-snin 2027 u 2028, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ssodisfati meta, għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi, il-prezz medju tal-kwoti jkun aktar minn 1,5 darbiet il-prezz medju tal-kwoti matul il-perjodu ta’ referenza tas-sitt xhur konsekuttivi preċedenti.

Artikolu 30h 2.
Meta l-prezz medju tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jaqbeż prezz ta’ EUR 45 għal perjodu ta’ xahrejn konsekuttivi, 20 miljun kwota koperta b’dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. L-indiċjar abbażi tal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumaturi għall-2020 għandu japplika. Il-kwoti għandhom jiġu rilaxxati permezz tal-mekkaniżmu previst’ f’dan il-paragrafu sal-31 ta’ Diċembru 2029.
Artikolu 30h 3.
Meta l-prezz medju tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwota matul is-sitt xhur konsekuttivi preċedenti,150 miljun kwota koperta minn dan il-Kapitolu għandhom jiġu rilaxxati mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq f’konformità mal-Artikolu 1a(7) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.
Artikolu 30h 4.
Meta l-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun ġiet issodisfata fl-istess jum bħall-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 3, kwoti addizzjonali għandhom jiġu rilaxxati biss skont il-paragrafu 1 jew 3.
Artikolu 30h 5.
Qabel il-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tivvaluta jekk il-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 2 kienx effettiv u jekk għandux jitkompla. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva ħalli taġġusta dak il-mekkaniżmu.
Artikolu 30h 6.
Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 jew 3 ikunu ġew issodisfati u rriżultaw f’rilaxx ta’ kwoti, il-kwoti addizzjonali ma għandhomx jiġu rilaxxati skont dan l-Artikolu aktar kmieni minn 12-il xahar wara dan.
Artikolu 30h 7.
Meta, fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun reġgħet ġiet issodisfata, il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat, imwaqqaf bl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2018/1999, għandha tivvaluta l-effettività tal-miżura u tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 30h 8.
Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 jew 3 ikunu ġew issodisfati u l-paragrafu 6 ma jkunx applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-pront avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-data li fiha dik il-kundizzjoni jew dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.
Artikolu 30h 9.
L-Istati Membri li jkunu soġġetti għall-obbligu li jipprovdu pjan ta' azzjoni korrettiv f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandhom iqisu debitament l-effetti ta’ rilaxx ta' kwoti addizzjonali skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu matul is-sentejn preċedenti meta jqisu azzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu implimentati kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dak ir-Regolament sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.