+Artikolu 11 Skema ta’ prestazzjoni
---+Article 11 1.
---+Article 11 2.
---+Article 11 3.
---+Article 11 4.
---+Article 11 5.
---+Article 11 6.

Artikolu 11 Skema ta’ prestazzjoni

Artikolu 11

Skema ta’ prestazzjoni

1.  Biex jitjiebu l-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew, għandha titwaqqaf skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk. Din għandha tinkludi:

(a) miri ta’ prestazzjoni fil-Komunità kollha dwar l-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza tan-nefqa;

(b) il-pjani nazzonali jew il-pjani għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, fosthom il-miri ta’ prestazzjoni, li jiżguraw konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni fil-Komunità kollha; u

(c) reviżjoni perjodika, monitoraġġ u kejl tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u ta’ netwerk.

2.  F’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja l-Eurocontrol jew lil korp imparzjali u kompetenti ieħor biex jaġixxi bħala “korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni”. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni, u biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni, meta jiġi mitlub, fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti li jkunu fdati lilu mill-Kummissjoni.

3.  

(a) Il-miri tal-prestazzjoni tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru madwar il-Komunità kollha għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3), wara li jitiqesu l-inputs relevanti mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni fil-livell nazzjonali u jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali.

(b) Il-pjani nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni u adottati mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. Dawn il-pjani għandhom jinkludu miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u skema ta’ inċentivi xierqa kif adottata mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. L-abbozzar tal-pjani għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u, fejn relevanti, mal-operaturi tal-ajruporti u l-koordinaturi tal-ajruporti.

(c) Il-konsistenza tal-miri nazzjonali jew tal-miri tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mal-miri ta’ prestazzjoni fil-Komunità kollha għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni permezz tal-kriterji ta’ evalwazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 6.

Fil-każ li l-Kummissjoni tiskopri li jkun hemm mira waħda jew aktar minn waħda nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ evalwazzjoni, tista’ tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), li toħroġ rakkomandazzjoni sabiex l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni ikkonċernati jipproponu mira jew miri ta’ prestazzjoni riveduti. L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw miri ta’ prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa li għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni fiż-żmien dovut.

Meta l-Kummissjoni ssib li l-miri ta’ prestazzjoni riveduti u l-miżuri xierqa ma jkunux adatti, tista’ tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3), li l-Istati Membri kkonċernati jkollhom jieħdu miżuri korrettivi.

Inkella, l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, bl-appoġġ ta’ evidenza adegwata, li tirrevedi l-miri tal-prestazzjoni madwar il-Komunità bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3).

(d) Il-perjodu ta’ referenza għall-iskema ta’ prestazzjoni għandu jkopri minimu ta’ tliet snin u massimu ta’ ħames snin. Tul dan il-perjodu, fil-każ li l-miri nazzjonali jew il-miri tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ma jintlaħqux, l-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom japplikaw il-miżuri xierqa li jkunu ddefinixxew. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jkopri l-ewwel tliet snin wara l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmija fil-paragrafu 6.

(e) Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet regolari fir-rigward tal-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni u għandha tippreżenta r-riżultati lill-Kumitat tal-Ajru Uniku.

4.  Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw għall-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a) il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad-data relevanti marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u mal-funzjonijiet tan-netwerk mill-partijiet rilevanti kollha, inklużi il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Istati Membri u l-Eurocontrol;

(b) l-għażla ta’ oqsma elwenin ta’ prestazzjoni xierqa fuq il-bażi tad-Dokument ICAO Nru 9854 “il-Kunċett Operazzjonali tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Ajru Globali”, u “f’konsistenza mal-Qafas” ta’ Rendiment tal-Pjan Ġenerali tal-ATM, inklużi l-oqsma tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza fl-ispiża, adattati, fejn xieraq, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ajru uniku Ewropew u l-objettivi relevanti għal dawn l-oqsma u d-definizzjoni ta’ sett limitat ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin għall-kejl tal-prestazzjoni;

(c) l-iffissar ta’ miri ta’ prestazzjoni, li japplikaw għall-Komunità kollha, li għandhom jiġu definiti filwaqt li jitqiesu l-inputs identifikati fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(d) l-evalwazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali fuq il-bażi tal-pjan nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali; u

(e) il-monitoraġġ tal-pjani ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali, inklużi mekkaniżmi ta’ twissija xierqa.

Il-Kummissjoni tista’ żżid mal-lista tal-proċeduri msemmija f’dan il-paragrafu. Dawn il-miżuri, imfassla biex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(4).

5.  L-istabbiliment tal-iskema ta’ prestazzjoni għandu jieħu kont tas-servizzi en route, is-servizzi fit-terminal u l-funzjonijiet ta’ netwerks huma differenti u għandhom jiġu ttrattati bħala tali anke, jekk ikun neċessarju, għal skopijiet ta’ kejl tal-prestazzjoni.

6.  Għall-iffunzjonar dettaljat tal-iskema ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta’ Diċembru 2011 u fi żmien xieraq biex jiġu ssodisfati l-iskadenzi stipulati f’dan ir-Regolament, tadotta regoli implimentattivi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3). Dawn ir-regoli implimentattivi għandhom ikopru b’mod partikolari dan li ġej:

(a) il-kontenut u l-iskeda tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4;

(b) il-perjodu ta’ referenza u l-intervalli għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni u l-iffissar ta’ miri ġodda;

(c) il-kriterji għall-iffissar, mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, ta’ pjani tal-prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, li jkun fihom il-miri ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u l-iskema ta’ inċentivi. Il-pjani tal-prestazzjoni għandhom:

(i) ikunu bbażati fuq pjani kummerċjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;

(ii) jindirizzaw l-elementi kollha tal-ispiża bażi tan-nefqa nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(iii) jinkludu miri vinkolanti ta’ prestazzjoni konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Komunità kollha;

(d) il-kriterji biex jiġi evalwat jekk il-miri nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali humiex konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Komunità kollha matul il-perjodu ta’ referenza u biex jiġu appoġġjati l-mekkaniżmi ta’ twissija;

(e) il-prinċipji ġenerali għat-twaqqif ta’ skema ta’ inċentivi mill-Istati Membri;

(f) il-prinċipji għall-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu tranżitorju neċessarju għall-adattazzjoni għat-tħaddim tal-iskema ta’ prestazzjoni ta’ mhux aktar minn 12-il xahar minn wara l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 11 1.

To improve the performance of air navigation services and network functions in the single European sky, a performance scheme for air navigation services and network functions shall be set up. It shall include:

(a) 

Community-wide performance targets on the key performance areas of safety, the environment, capacity and cost-efficiency;

(b) 

national plans or plans for functional airspace blocks, including performance targets, ensuring consistency with the Community-wide performance targets; and

(c) 

periodic review, monitoring and benchmarking of the performance of air navigation services and network functions.

Article 11 2.
In accordance with the regulatory procedure referred to in Article 5(3), the Commission may designate Eurocontrol or another impartial and competent body to act as a ‘performance review body’. The role of the performance review body shall be to assist the Commission, in coordination with the national supervisory authorities, and to assist the national supervisory authorities on request in the implementation of the performance scheme referred to in paragraph 1. The Commission shall ensure that the performance review body acts independently when carrying out the tasks entrusted to it by the Commission.
Article 11 3.
(a) 

The Community-wide performance targets for the air traffic management network shall be adopted by the Commission in accordance with the regulatory procedure referred to in Article 5(3), after taking into account the relevant inputs from national supervisory authorities at national level or at the level of functional airspace blocks.

(b) 

The national or functional airspace block plans referred to in point (b) of paragraph 1 shall be drawn up by national supervisory authorities and adopted by the Member State(s). These plans shall include binding national targets or targets at the level of functional airspace blocks and an appropriate incentive scheme as adopted by the Member State(s). Drafting of the plans shall be subject to consultation with air navigation service providers, airspace users' representatives, and, where relevant, airport operators and airport coordinators.

(c) 

The consistency of the national or functional airspace block targets with the Community-wide performance targets shall be assessed by the Commission using the assessment criteria referred to in point (d) of paragraph 6.

In the event that the Commission identifies that one or more national or functional airspace block targets do not meet the assessment criteria, it may decide, in accordance with the advisory procedure referred to in Article 5(2), to issue a recommendation that the national supervisory authorities concerned propose revised performance target(s). The Member State(s) concerned shall adopt revised performance targets and appropriate measures which shall be notified to the Commission in due time.

Where the Commission finds that the revised performance targets and appropriate measures are not adequate, it may decide, in accordance with the regulatory procedure referred to in Article 5(3), that the Member States concerned shall take corrective measures.

Alternatively, the Commission may decide, with adequate supporting evidence, to revise the Community-wide performance targets in accordance with the regulatory procedure referred to in Article 5(3).

(d) 

The reference period for the performance scheme shall cover a minimum of three years and a maximum of five years. During this period, in the event that the national or functional airspace block targets are not met, the Member States and/or the national supervisory authorities shall apply the appropriate measures they have defined. The first reference period shall cover the first three years following the adoption of the implementing rules referred to in paragraph 6.

(e) 

The Commission shall carry out regular assessments of the achievement of the performance targets and present the results to the Single Sky Committee.

Article 11 4.

The following procedures shall apply to the performance scheme referred to in paragraph 1:

(a) 

collection, validation, examination, evaluation and dissemination of relevant data related to the performance of air navigation services and network functions from all relevant parties, including air navigation service providers, airspace users, airport operators, national supervisory authorities, Member States and Eurocontrol;

(b) 

selection of appropriate key performance areas on the basis of ICAO Document No 9854 ‘Global air traffic management operational concept’, and consistent with those identified in the Performance Framework of the ATM Master Plan, including safety, the environment, capacity and cost-efficiency areas, adapted where necessary in order to take into account the specific needs of the single European sky and relevant objectives for these areas and definition of a limited set of key performance indicators for measuring performance;

(c) 

establishment of Community-wide performance targets that shall be defined taking into consideration inputs identified at national level or at the level of functional airspace blocks;

(d) 

assessment of the national or functional airspace block performance targets on the basis of the national or functional airspace block plan; and

(e) 

monitoring of the national or functional airspace block performance plans, including appropriate alert mechanisms.

The Commission may add to the list of procedures referred to in this paragraph. These measures designed to amend non-essential elements of this Regulation, by supplementing it, shall be adopted in accordance with the regulatory procedure with scrutiny referred to in Article 5(4).

Article 11 5.
The establishment of the performance scheme shall take into account that en route services, terminal services and network functions are different and should be treated accordingly, if necessary also for performance-measuring purposes.
Article 11 6.

For the detailed functioning of the performance scheme, the Commission shall by 4 December 2011 and within a suitable time-frame with a view to meeting the relevant deadlines laid down in this Regulation, adopt implementing rules in accordance with the regulatory procedure referred to in Article 5(3). These implementing rules shall cover the following:

(a) 

the content and timetable of the procedures referred to in paragraph 4;

(b) 

the reference period and intervals for the assessment of the achievement of performance targets and setting of new targets;

(c) 

criteria for the setting up by the national supervisory authorities of the national or functional airspace block performance plans, containing the national or functional airspace block performance targets and the incentive scheme. The performance plans shall:

(i) 

be based on the business plans of the air navigation service providers;

(ii) 

address all cost components of the national or functional airspace block cost base;

(iii) 

include binding performance targets consistent with the Community-wide performance targets;

(d) 

criteria to assess whether the national or functional airspace block targets are consistent with the Community-wide performance targets during the reference period and to support alert mechanisms;

(e) 

general principles for the setting up by Member States of the incentive scheme;

(f) 

principles for the application of a transitional mechanism necessary for the adaptation to the functioning of the performance scheme not exceeding 12 months following the adoption of the implementing rules.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0549
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.