|
+Artikolu 8 Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. ---+Article 8 5. ---+Article 8 6. |
Artikolu 8 Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajruArtikolu 8 Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku tal-ajru fuq bażi esklussiva ġewwa blokok speċifiċi ta’ spazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jinnominaw fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru li jkollu ċertifikat validu fil-Komunità. 2. Għall-provvista ta’ servizzi transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità ma’ dan l-artikolu u mal-Artikolu 10(3) ma tkunx imxekkla mis-sistema legali nazzjonali tagħhom li tkun tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru: (a) ikunu proprjetà diretta jew permezz ta’ ishma maġġoritarji ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu; (b) ikollhom il-post prinċipali tal-operazzjoni jew uffiċju reġistrat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; jew (c) jużaw biss il-faċilitajiet f’dak l-Istat Membru. 3. Stati Membri għandhom jiddefinixxu d-drittijiet u obbligi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru nominati għandhom jissodisfaw. L-obbligi jistgħu jinkludu kundizzjonijiet għall-provvista f’waqtha ta’ informazzjoni relevanti li tagħmel possibbli li l-movimenti kollha ta’ ajruplani fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom ikunu identifikati. 4. Stati Membri għandu jkollhom setgħa diskrezzjonali fil-għażla ta’ fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar jissodisfa r-rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirreferu għalihom l-Artikli 6 u 7. 5. Rigward il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 9a li jestendu ruħhom min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod konġunt jinnominaw fornitur ta’ servizz tal-ispazju tal-ajru jew aktar minn wieħed, talanqas xahar qabel l-implimentazzjoni tal-blokk tal-ispazju tal-ajru. 6. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan l-Artikolu rigward in-nominazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan blokok ta’ spazju tal-ajru fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|