+IL-KAPITLU III SKEMI TA' ĦLASIJIET
---+Artikolu 14 Ġenerali
---+Artikolu 15 Prinċipji
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
---+Artikolu 15a Proġetti komuni
------+Article 15a 1.
------+Article 15a 2.
------+Article 15a 3.
---+Artikolu 16 Reviżjoni tal-konformità
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
|
IL-KAPITLU III SKEMI TA' ĦLASIJIET
IL-KAPITLU III SKEMI TA' ĦLASIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 Ġenerali
|
Artikolu 14 Ġenerali F’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 15 u 16, l-iskema tat-talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tikkontribwixxi għal aktar trasparenza fid-determinazzjoni, l-impożizzjoni u l-infurzar tal-ħlasijiet lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandha tikkontribwixxi mal-effiċjenza tan-nefqa għal forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u għall-effiċjenza tat-titjiriet, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza. Din l-iskema għandha wkoll tkun konsistenti mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u mas-sistema ta’ ħlas tal-Eurcontrol għal ħlasijiet ta’ waqt ir-rotta.
|
|
Artikolu 15 Prinċipji
|
Artikolu 15 Prinċipji 1. L-iskema ta’ tariffi ghandha tkun ibbażata fuq il-kont ta’ spejjeż ghas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru minfuqa minn fornituri ta’ servizz ghall-beneficcju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. L-iskema ghandha talloka dawn l-ispejjeż fost il-kategoriji tal-utenti. 2. Il-principji li gejjin ghandhom ikunu applikati meta l-bażi ta’ spejjeż ghall-hlasijiet tkun se tigi stabbilita:
(a) L-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta’ assi, kif ukoll l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni. L-ispejjeż iddeterminati għandhom ikunu l-ispejjez iddeterminati mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru fil-bidu tal-perjodu ta’ referenza għal kull sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 11 tal-qafas ta’ Regolament, jew matul il-perjodu ta’ referenza, wara li jsiru l-aġġustamenti neċessarji billi jiġu applikati l-mekkaniżmi ta’ twissija stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament qafas;
(b) L-ispejjeż li għandhom jitqiesu f’dan il-kuntest għandhom ikunu dawk stmati f’konnessjoni mal-faċilitajiet u servizzi provduti għal implimentati taħt il-Pjan Reġjonali ta’ Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew. Jistgħu wkoll jinkludu spejjeż minfuqa mill-autoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u/jew entitajiet kwalifikati, kif ukoll spejjeż oħra minfuqa mill-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz relevanti f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru; huma ma għandhomx jinkludu l-ispejjeż tal-pieni imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament qafas u lanqas l-ispejjeż ta’ kwalunkwe miżura korrettiva imposta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament qafas;
(c) Fir-rigward tal-blokok funzjonali tal-Ispazju tal-ajru u bħala parti mill-ftehim qafas rispettivi tagħhom, l-Istati membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaqblu fuq il-prinċipji komuni għall-politika ta’ ħlasijiet;
(d) l-ispiża ta’ servizzi differenti ta’ navigazzjoni tal-ajru ghandha tkun identifikata b’mod separat, kif jipprovdi l-Artikolu 12(3);
(e) Ma għandux ikun permess sussidju trażversali bejn servizzi ta’ waqt ir-rotta u servizzi fit-terminal. L-ispejjez li huma relatati kemm mas-servizzi li jingħataw fit-terminals u s-servizzi en-route għandhom jiġu allokali b’mod proporzjonali bejn is-servizzi en-route u s-servizzi fit-terminals fuq il-bażi ta’ metodoloġija trasparenti. Sussidju trażversali għandu jitħalla jsir bejn servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fi kwalunkwe waħda miż-żewġ kategoriji biss meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi, suġġett għal identifikazzjoni ċara;
(f) trasparenza tal-bażi ta’ spiża ħgħal hlasijiet ħgħandha tkun iggarantita. Regoli ta’ implimentazzjoni ħgħall-forniment ta’ informazzjoni minn fornituri ta’ servizz ħgħandhom ikunu addottati biex jippermettu reviżjonijiet tal-previżjonijiet talfornitur, spejjeż attwali u ħdħul (introjtu). ħGħandu jkun hemm skambju regolari ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, fornituri ta’ servizz, utenti tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni u Eurocontrol.
3. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin meta jiġu stabbiliti t-tariffi skont il-paragrafu 2:
(a) it-tariffi għandhom ikunu stabbiliti għas-servizzi disponibbli tan-navigazzjoni tal-ajru taħt kundizzjonijiet non-diskriminatorji. Meta jkunu imposti ħlasijiet fuq utenti differenti tal-ispazju tal-ajru ħgħall-użu tal-istess servizzi, ebda distinzjoni m’għandha ssir f’konnessjoni ma’ nazzjonalità jew kategorija tal-utent;
(b) eżenzjoni ta’ certi utenti, ċspecjalment ta’ operaturi ta’ speċjalment ajruplani ħħfief u ajruplani tal-Istat, tista’ tkun permessa, sakemm l-ispiża ta’ talita’ eżenzjoni ma tintefax fuq utenti ohra;
(c) it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti għal kull sena kalendarja fuq il-bażi ta’ spejjeż iddeterminati, jew jistgħu jiġu stabbiliti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri biex jiġi ddeterminat il-livell massimu tar-rata tal-unità jew tad-dħul ta’ kull sena fuq firxa ta’ perjodu li ma jeċċedix il-ħames snin;
(d) is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital;
(e) it-tariffi għandhom jirriflettu l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-faċilitajiet disponibbli għall-utenti tal-ajruport, b’kont meħud tal-kapaċitajiet produttivi tat-tipi differenti ta’ ajruplani konċernati;
(f) it-tariffi għandhom jinkoraġġixxu l-forniment sikur, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-ħsieb tal-kisba ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ effiċjenza mqabbla mal-ispiża u li jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni u huma għandhom jistimulaw il-forniment ta’ servizz integrat filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni. Għal dak il-għan u b’rabta mal-pjani ta’ prestazzjoni jew blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwaqqfu mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi u żvantaġġi, biex jinkorraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u/jew utenti tal-ajru ħalli jstostnu t-titjib fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bħalma hi l-kapaċità miżjuda, dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għal dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.
▼M1
|
|
Artikolu 15a Proġetti komuni
|
Artikolu 15a Proġetti komuni 1. Proġetti komuni jistgħu jgħinu l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. Proġetti bħal dawn għandhom jappoġġjaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi mtejba l-prestazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Ewropa f’oqsma prinċipali bħalma huma l-kapaċità, it-titjiriet u l-effiċjenza f’termini ta’ spejjeż kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, fi ħdan objettivi dominanti ta’ sikurezza. 2. Il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5 (3) tar-Regolament qafas, tiżviluppa materjal ta’ gwida rigward il-mod li bih dawn il-proġetti jistgħu jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM. Materjal ta’ gwida bħal dan m’għandux idgħajjef il-mekkaniżmi għall-iskjerament ta’ tali proġetti rigward blokok funzjonali tal-ispazzju tal-ajru kif ġie miftiehem mill-partijiet ta’ dawk il-blokok. 3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, biex tistabbilixxi proġetti komuni għall-operazzjonijiet marbuta man-netwerk, li huma ta’ importanza partikulari għat-titjib tal-prestazzjoni globali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-Ewropa. Proġetti komuni bħal dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali. Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jiddeċiedu fuq l-użu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi indipendenti fuq il-benefiċċji f’temini ta’ nfiq u konsultazzjonijiet kif xieraq mal-Istati Membri u l-partijiet kollha relevanti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament qafas, filwaqt li jiġu eżaminati bir-reqqa il-mezzi xierqa biex jiffinanzjaw l-iskjerament. L-ispejjeż eliġibbli ta’ skjerament ta’ proġetti komuni għandhom jiġu koperti skont il-prinċipji tat-trasparenza u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.
▼M1
|
|
Artikolu 16 Reviżjoni tal-konformità
|
Artikolu 16 Reviżjoni tal-konformità 1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-analiżi kontinwa ta’ konformità mal-prinċipji u regoli li jirreferi għalihom l-Artikoli 14 u 15, filwaqt li taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi l-mekkaniżmi neċessarji biex isir użu mill-esperti tal-Eurocontrol u għandhom jaqsmu r-riżultati tar-reviżjoni mal-Istati Membri, il-Eurocontrol u r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. 2. Fuq talba ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri li jikkunsidraw li l-prinċipji u regoli msemmija aktar ‘il fuq ma kinux applikati b’mod proprju, jew fuq inizjattiva tagħha proprja, il-Kummissjoni għandha tagħmel investigazzjoni dwar kull allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ applikazzjoni tal-prinċipji u/jew regoli konċernati. Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni għandha taqsam ir-riżultati tal-investigazzjoni mal-Istati Membri, l-Eurocontrol u r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. Fi żmien xahrejn mir-riċeviment ta’ talba, wara li tkun semgħet lilll-Istat Membru kkonċernat u wara li tikkonsulta l-Kumitat dwar l-Ajru Uniku skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament u rigward jekk il-prattika konċerntata tistax tissokta. 3. Il-Kummissjoni ħgħandha tindirizza d-deciżjoni ħtagħha lill-Istati Membri u ħtgħarraf biha lill-fornitur ta’ servizz, sakemm ikun legalment ċikkonċernat. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-ċdeċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, filwaqt li jagixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien perjodu ta’ xahar.
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0550
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|