|
+Artikolu 22 Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni |
Artikolu 22 Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoniArtikolu 22 Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni L-attivitajiet tar-riċerka u tal-ġbir ta' riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni. Dawk l-attivitajiet għandhom ikunu assumiti meta l-ispettur CCAMLR isib li l-attivitajiet ta' dgħajjsa tas-sajd ikunu jilħqu waħda jew aktar mill-erba' kriterji li ġejjin u meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kuntrarju ta' dan: (a) l-apparat tas-sajd li jkun użat, jew li jkun reċentament ġie użat, jew li huwa lest għall-użu, inklużi: (i) xbieki, konz jew nases li huma fil-baħar; (ii) ix-xbieki tat-tkarkir u l-bibien ikunu imqabbda; (iii) snanar bil-lixka, nases bil-lixka jew xi lixka diġa imdewba lesta għall-użu; (iv) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika sajd reċenti jew sajd li sejjer jibda; (b) ħut li jseħħ fiż-żona tal-Konvenzjoni bħala li jkun qiegħed jiġi ipproċessat jew li kien reċentament ipproċessat, inkluż: (i) ħut frisk jew skart tal-ħut li jkun fl-istiva abbord; (ii) ħut li jkun jiġi iffriżat; (iii) informazzjoni operazzjonali jew tal-prodott li tkun disponibbli f'dan ir-rigward; (ċ) apparat tas-sajd minn dgħajjsa li tkun tinstab fil-baħar, inkluż: (i) apparat tas-sajd li jkollu il-marki tad-dgħajjsa; (ii) apparat tas-sajd li jkun jaqbel ma dak li jkun abbord id-dgħajjsa; (iii) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika li dak l-apparat ikun fil-baħar; (d) il-ħut (jew il-prodotti tagħhom) li jseħħu fiż-żona tal-Konvenzjoni li jkunu stvati abbord. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|