+SECTION 1 CONTROL AND INSPECTION AT SEA
---+Artikolu 20 Skop
---+Artikolu 21 L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
------+Article 21 3.
------+Article 21 4.
------+Article 21 5.
------+Article 21 6.
------+Article 21 7.
------+Article 21 8.
---+Artikolu 22 Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni
---+Artikolu 23 L-immarkar ta' dgħajjes li jkollhom l-ispetturi fuqhom
------+Article 23 1.
------+Article 23 2.
---+Artikolu 24 Proċeduri ta' l-ispezzjoni fuq il-baħar
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
------+Article 24 3.
------+Article 24 4.
------+Article 24 5.
------+Article 24 6.
------+Article 24 7.
------+Article 24 8.
---+Artikolu 25 Rapport tal-ispezzjoni
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
------+Article 25 4.
------+Article 25 5.
---+Artikolu 26 Proċedura ta' ksur (tal-miżuri)
------+Article 26 1.
------+Article 26 2.
------+Article 26 3.
------+Article 26 4.
------+Article 26 5.
------+Article 26 6.

SECTION 1 CONTROL AND INSPECTION AT SEA

SECTION 1 CONTROL AND INSPECTION AT SEA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 Skop

Artikolu 20

Skop

Dan il-Kapitolu għandu jkun applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità u għad-dgħajjes tas-sajd li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tal-Konvenzjoni.

Artikolu 21 L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar

Artikolu 21

L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-ispetturi CCAMLR li jistgħu ikunu abbord kwalunkwe dgħajjsa tad-sajd tal-Komunità, jew, b'arranġament ta' Parti Kontraenti oħra, abbord id-dgħajjsa ta' dan ta' l-aħħar, involuta fi jew li dalwaqt tkun involuta bil-ġbir tar-riżorsi marittimi ħajjin jew f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika relatati mas-sajd tar-riżorsi fiż-żona tal-Konvenzjoni.

2.  L-ispetturi CCAMLR għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti apparti minn dik tal-Komunià jew ta' l-Istati Membri tagħha fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-konformità mal-miżuri applikabli tal-konservazzjoni kif adottati mill-CCAMLR u, fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, dwar il-konformità ma kwalunkwe miżuri ta' konservazzjoni jew kontroll relatati mas-sajd tar-riżorsi li huma applikabli għal dawk id-dgħajjes.

3.  L-ispetturi CCAMLR għandhom ikunu familjari ma l-attivitajiet tas-sajd u tar-riċerka xjentifika li dwarhom ikunu sejrin iwettqu l-ispezzjonijiet, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni u tal-miżuri ta' konservazzjoni kif adottati permezz tagħha. L-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-kwalifiki ta' kull spettur li huma jinnominaw.

4.  L-ispetturi għandhom ikunu ċittadini tal-Istat Membru li jkun jinnominhom u, waqt li jwettqu l-attività tal-ispezzjonijiet, għandhom ikunu suġġetti solament għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru. Huma għandhom ikunu mogħtija l-istatus ta' uffiċjal tal-vapur sakemm ikunu abbord u għandhom ikunu kapaci li jikkomunikaw fil-lingwa tal-Istat tal-bandiera tad-dgħajjes li fuqhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

5.  Kull spettur CCAMLR għandu jkollu fuqu dokument ta' l-identità approvat jew ipprovdut mill-CCAMLR u maħruġ mill-Istat Membru li jkun wettaq in-nomina. Dak id-dokument għandu jindika li l-ispettur ikun ġie innominat li jwettaq l-ispezzjonijiet bi qbil mas-sistema ta' l-osservazzjoni u ta' l-ispezzjoni tal-CCAMLR.

6.  L-Istati Membri għandhom jitrasmettu l-ismijiet tal-ispetturi li huma jonnominaw, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR fi żmien 14 il-jum min-nomina tagħhom.

7.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema.

8.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 22 Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni

Artikolu 22

Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni

L-attivitajiet tar-riċerka u tal-ġbir ta' riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni. Dawk l-attivitajiet għandhom ikunu assumiti meta l-ispettur CCAMLR isib li l-attivitajiet ta' dgħajjsa tas-sajd ikunu jilħqu waħda jew aktar mill-erba' kriterji li ġejjin u meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kuntrarju ta' dan:

(a) l-apparat tas-sajd li jkun użat, jew li jkun reċentament ġie użat, jew li huwa lest għall-użu, inklużi:

(i) xbieki, konz jew nases li huma fil-baħar;

(ii) ix-xbieki tat-tkarkir u l-bibien ikunu imqabbda;

(iii) snanar bil-lixka, nases bil-lixka jew xi lixka diġa imdewba lesta għall-użu;

(iv) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika sajd reċenti jew sajd li sejjer jibda;

(b) ħut li jseħħ fiż-żona tal-Konvenzjoni bħala li jkun qiegħed jiġi ipproċessat jew li kien reċentament ipproċessat, inkluż:

(i) ħut frisk jew skart tal-ħut li jkun fl-istiva abbord;

(ii) ħut li jkun jiġi iffriżat;

(iii) informazzjoni operazzjonali jew tal-prodott li tkun disponibbli f'dan ir-rigward;

(ċ) apparat tas-sajd minn dgħajjsa li tkun tinstab fil-baħar, inkluż:

(i) apparat tas-sajd li jkollu il-marki tad-dgħajjsa;

(ii) apparat tas-sajd li jkun jaqbel ma dak li jkun abbord id-dgħajjsa;

(iii) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika li dak l-apparat ikun fil-baħar;

(d) il-ħut (jew il-prodotti tagħhom) li jseħħu fiż-żona tal-Konvenzjoni li jkunu stvati abbord.

Artikolu 23 L-immarkar ta' dgħajjes li jkollhom l-ispetturi fuqhom

Artikolu 23

L-immarkar ta' dgħajjes li jkollhom l-ispetturi fuqhom

1.  Id-dgħajjes li jkollhum fuqhom l-ispetturi CCAMLR għandhom itajjru bandiera jew bandiera tal-ponta speċjli li tkun approvata mill-CCAMLR sabiex tindika li l-ispetturi jkunu abbord u li jkunu jwettqu d-doveri ta' spezzjoni bi qbil mas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR.

2.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 24 Proċeduri ta' l-ispezzjoni fuq il-baħar

Artikolu 24

Proċeduri ta' l-ispezzjoni fuq il-baħar

1.  Kwalunwe dgħajjsa tal-Komunità li tkun preżenti fiż-żona tal-Konvenzjoni għall-iskop tal-ġbir jew tat-twettieq ta' riċerka xjentifika dwar il-miżuri marittimi ħajjin għandhom, meta jkunu mogħtija is-sinjal xieraq mill-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn dgħajjsa li jkollha abbord spettur CCAMLR, bi qbil ma l-Artikolu 23, li tieqaf jew li tieħu tali azzjonijiet bħal ma huma meħtieġa ħalli tiffaċilita it-trasferiment b'sigurtà u mħaffef tal-ispettur lejn id-dgħajjsa, apparti milli minn meta d-dgħajjsa tkun attivitament twettaq l-operazzjonijiet tal-ġbir, f'liema każ għandha tagħmel hekk malli jkun possibbli.

2.  Il-kaptan tad-dgħajjsa għandu jippermetti lill-ispettur, li jista jkun akkumpanjat minn assissitenti, li jitla abbord id-dgħajjsa. Abbord id-dgħajjsa, l-ispettur għandu jippreżenta id-dokument referut fl-Artikolu 21(5). L-ispetturi għandhom ikunu ipprovduti mill-kaptan tad-dgħajjsa bl-għajnuna xierqa għat-twettieq tad-doveri tagħhom, inkluż l-aċċess skond kif meħtieġ għas-sistema tal-komunikazzjonijiet.

3.  L-ispezzjoni għandha tkun imwettqa hekk li d-dgħajjsa tkun suġġetta għall-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli. Inkjesti għandhom ikunu limitati għall-aċċertar tal-fatti b'relazzjoni mal-konformità tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li jkunu applikabbli għall-Istat tal-bandiera ikkonċernat.

4.  L-ispetturi għandhom ikollhom l-awtorità li jispezzjonaw il-qabdiet, ix-xbieki u l-apparat l-ieħor tas-sajd kif ukoll il-ġbir u l-attivitajiet xjentifiċi tar-riċerka, u għandhom ikollhom aċċess għar-reġistri u r-rapporti tal-qabda u tal-lokazzjoni sa kemm dan ikun meħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom. L-ispetturi jistgħu jiġbdu ritratti u/jew video skond ma jkun meħtieġ sabiex jiddokumentaw xi ksur allegat tal-miżuri tal-konservazzjoni CCAMLR li jkunu fis-seħħ.

5.  L-ispetturi CCAMLR għandhom iwaħħlu marka ta' l-identifikazzjoni approvata mill-CCAMLR ma kwalinkwe xikba jew apparat ieħor tas-sajd li jidher li jkun ġie użat bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li jkunu fis-seħħ. Huma għandhom jirreġistraw dan il-fatt fir-rapport referut fl-Artikolu 25(3) u (4).

6.  Jekk dgħajjsa tiċħad li tieqaf jew li b'mod ieħor tiċħad milli tiffaċilita t-trasferimnt ta' spettur, jew jekk il-kaptan jew l-ekwipaġġ ta' dgħajjsa jindaħlu fl-attivitajiet awtorizzati ta' l-ispettur, l-ispettur involut għandu jħejji rapport dettaljat, inkluża deskrizzjoni sħiħa taċ-ċirkostanzi kollha, u jibgħat dak ir-rapport lill-Istat li jkun innominah sabiex ikun trasmess bi qbil mad-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 25.

Interferenza ma spettur jew in-nuqas ta' konformità ma talbiet raġjonevoli li jitressqu mill-ispettur fit-twettieq tad-doveri tiegħu għandhom ikunu ittratti mill-Istat Membru tal-bandiera bħalli kieku dak l-ispettur ikun spettur ta' dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jressaq rapport dwar l-azzjonijiet meħuda permezz ta' dan il-paragrafu bi qbil ma l-Artikolu 26.

7.  Qabel ma jħalli d-dgħajjsa li fuqha tkun twettqet l-ispezzjoni, l-ispettur CCMALR għandu jagħti lill-Kaptan ta' dik id-dgħajjsa kopja tar-rapport komplut tal-ispezzjoni referut fl-Artikolu 25.

8.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 25 Rapport tal-ispezzjoni

Artikolu 25

Rapport tal-ispezzjoni

1.  L-ispezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa bi qbil ma l-Artikolu 24 għandhom ikunu suġġetti għal rapport tal-ispezzjoni fil-għamla approvata mill-CCMALR, li jkun imħejji kif ġej:

(a) L-ispetturi CCAMLR għandhom iressqu rapport dwar xi allegat ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu fis-seħħ. L-ispetturi għandhom jippermettu lill-Kaptan tad-dgħajjsa li fuqa ikun titwettaq l-ispezzjoni sabiex jikkumenta, fuq il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni, dwar xi aspett tal-ispezzjoni;

(b) l-ispetturi għandhom jiffirmaw il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tad-dgħajjsa spezzjonata għandu jkun mistieden li jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni sabiex jikkonferma li jkun irċieva kopja tar-rapport.

2.  L-ispettur CCAMLR għandu jipprovdi kopja tal-formola tal-ispezzjoni flimkien mar-ritratti u l-video lejn l-Istat Membru li jkun innominaħ, mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tar-ritorn tiegħu lejn port.

3.  L-Istat Membru tan-nomina għandu jitrasmetti kopja tal-formola tal-ispezzjoni mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tal-wasla tiegħu, flimkien ma żewġ kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-CCAMLR.

L-Istat Membru għandu wkoll jitrasmetti kopja waħda tar-rapport flimkien mal-kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data tal-wassla tiegħu flimkien ma xi rapport supplementari dwar l-informazzjoni trasmessa sussegwentament lejn il-CCAMLR rigward ir-rapport tal-ispezzjoni.

4.  Xi Stat Membru li jirċievi rapport tal-ispezzjoni jew xi rapporti jew informazzjoni supplementari, inklużi rapport permezz ta' l-Artikolu 24(6), li jikkonċernaw dgħajjsa li ittajjar il-bandiera tiegħu għandu jitrasmetti kopja lejn il-CCMALR u għandu wkoll jitrasmetti kopja mingħajr dewmien lejn il-Kummissjoni, u jinkludi kopja ta' xi kummenti u/jew osservazzjonijiet li setgħu kienu trasmessi lejn il-CCAMLR b'segwiment tal-wassla ta' tali rapporti jew informazzjoni.

5.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 26 Proċedura ta' ksur (tal-miżuri)

Artikolu 26

Proċedura ta' ksur (tal-miżuri)

1.  Meta bħala risultat ta' l-attivitajiet tal-ispezzjoni mwettqa bi qbil mas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR, ikun hemm evidenza ta' ksur tal-miżuri adottati permezz tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jassigura li miżuri xierqa jkunu meħuda kontra il-persuni naturali jew legali responsabbli għall-ksur tal-miżuri adottati permezz tal-Konvenzjoni bi qbil ma l-Artikolu 25 tar-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi sostenibbli ta' l-esplojtazzjoni tal-ħut permezz tal-Istrateġija Komuni tas-Sajd ( 11 ).

2.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu, fi żmien 14 il-jum mid-data ta' meta jkunu tressqu l-akkużi jew tal-bidu tal-proċedimenti li jirrigwardjaw prosekuzzjoni, jinforma lil-CCAMLR u lill-Kummissjoni, u jżommhom informati bil-progress tal-proċedimenti u ta' l-eżitu tagħhom.

3.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu mill-anqas darba fis-sena jgħaddi rapport bil-miktub lejn il-CCAMLR, dwar l-eżitu tal-proċedimenti referuti fil-paragrafu 1 u tal-penali imposti. Jekk il-proċedimenti ma jkunux ġew finalizzati, għandu jsir rapport tal-progress. Meta il-proċedimenti ma jkunux ġew mibdija, jew inkella ma kienu itterminati b'suċċess, ir-rapport għandu jkun fih spjegazzjoni. L-Istat Membru tal-Bandiera għandu jitrasmetti kopja tar-rapport lejn il-Kummissjoni.

4.  Il-penali hemm provvediment dwarhom mill-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR għandhom ikunu suffiċċjentament severi sabiex jassiguraw konformità ma dawk il-miżuri u li jiskoraġixxu il-ksur, u għandhom iċaħħdu lil min jgħamel l-offiża minn xi benefiċċju ekonomiku li jkun akkumula mill-attivitajiet illegati tagħhom.

5.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jassigura li kwalunkwe mid-dgħajjes tiegħu li jkunu nstabu li jkunu kissru xi miżura ta' konservazzjoni CCAMLR ma jwettqux operazzjonijiet tas-sajd ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni sakemm dawn ikunu wettqu il-penali imposti.

6.  Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

▼M2 —————

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2010 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0601
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.