|
+Artikolu 27 Kontroll u spezzjoni fil-port ---+Article 27 1. ---+Article 27 2. ---+Article 27 3. ---+Article 27 4. ---+Article 27 5. |
Artikolu 27 Kontroll u spezzjoni fil-portArtikolu 27 Kontroll u spezzjoni fil-port 1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni fuq id-dgħajjes kollha tas-sajd li jkunu jġorru Dissostichus spp., li jidħlu fil-portijiet tagħhom. L-ispezzjonijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu li: (a) il-qabda li tkun ġiet maħtuta jew li tkun għaddiet minn trasbord: (i) tkun akkumpanjata bid-dokument tal-qabda tal-Dissostichus spp., meħtieġ permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzji tal-qabda għall-Dissostichus spp. ( 12 ); u (ii) li jkun jikkorrespondi ma l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument; (b) meta d-dgħajjsa tkun involuta fl-attivitajiet tal-ġbir fiż-żona tal-Konvenzjoni, li dawn ikunu b'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR. 2. Sabiex ikunu faċilitati l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-dgħajjes ikkonċernati jipprovdu avviż bil-quddiem tad-dħul tagħhom fil-port u li jiddikjaraw bil-kitba li huma kienux involuti fi, jew li appoġġjaw attivitajiet illegali, mhux regolati jew mhux rapporti tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni. Dhul fil-port għandu jkun miċħud, apparti milli fil-każ ta' emerġenzi, lid-dgħajjsa li tonqos milli tiddikjara li hija ma kienetx ħadet parti f'attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd jew li tonqos milli tagħmel dikjarazzjoni. Fil-każ ta' dgħajjes awtorizzati li jidħlu fil-port, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet tagħhom malajr kemm jista jkun possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa minn wara d-daħla fil-port. L-ispezzjonijiet m'għandhom jimponu l-ebda piżijiet mhux meħtieġa fuq id-dgħajjsa jew l-ekwipaġġ tagħha, u għandhom ikunu iggwidati bid-disposizzjonijiet relevanti tas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR. 3. Meta jkun hemm evidenza li dgħajjsa tkun stadet bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru m'għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew it-trasbord tal-qabda. Il-port tal-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera bis-sejbiet tiegħu u għandu jikkopera fit-twettieq tal-investigazzjoni fl-allegat ksur u, meta xieraq, fl-imposizzjoni tal-penali li hemm provvediment dwarhom permezz tal-liġi nazzjonali. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-CCAMLR fl-opportunità l-aktar kmieni possibbli b'xi dgħajjsa referuta fil-paragrafu 1 li lilha aċċess għall-port jew għall-awtorizzazzjoni tal-ħatt jew tat-trasbord ta' Dissostichus spp., tkun ġiet miċħuda. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu kopja ta' dik l-informazzjoni lejn il-Kummissjoni. 5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|