|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), għandhom jikkooperaw fl-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li jibnu fuq is-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima stabbilita fl-Artikolu 22a(3) u fl-Anness III tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) (SafeSeaNet), sabiex:
(a)
itejbu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari kif previst mis-servizz Ewropew għall-individwazzjoni tat-tniġġis ibbażat fuq is-satelliti stabbilit minn din id-Direttiva (CleanSeaNet) u minn mekkaniżmi oħra rilevanti ta’ rapportar, bil-ħsieb li jiġu żviluppati metodi affidabbli tal-intraċċar ta’ sustanzi niġġiesa fil-baħar;
(b)
jiżviluppaw u jimplimentaw sistema xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ, li tintegra l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu (a) mal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri f’SafeSeaNet, THETIS-EU u f’bażijiet tad-data u għodod ta’ informazzjoni oħra tal-Unjoni, sabiex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ ta’ vapuri li jiskarikaw sustanzi niġġiesa, bil-ħsieb li jiġu ottimizzati l-azzjonijiet ta’ infurzar imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali;
(c)
jagħmlu l-aħjar użu mill-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10a, bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-aċċess għal u l-iskambju ta’ tali informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni; u
(d)
sas-6 ta’ Lulju 2030, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti janalizzaw b’mod diġitali l-allerti kollha ta’ fiduċja għolja u jindikaw jekk jivverifikawx jew le dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja mibgħuta minn CleanSeaNet kull sena, filwaqt li jistinkaw biex jivverifikaw mill-inqas 25 % ta’ dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja, fejn “jivverifikaw” tfisser kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ allert mibgħut minn CleanSeaNet biex jiddeterminaw jekk l-allert inkwistjoni jikkorrispondix għal skariku illegali. Jekk Stat Membru ma jivverifikax allert, jenħtieġ li jindika r-raġunijiet għaliex ma għamilx dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|