+Artikolu 10 Skambju ta’ informazzjoni u esperjenza
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
|
Artikolu 10 Skambju ta’ informazzjoni u esperjenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), għandhom jikkooperaw fl-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li jibnu fuq is-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima stabbilita fl-Artikolu 22a(3) u fl-Anness III tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
) (SafeSeaNet), sabiex:
(a)
itejbu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari kif previst mis-servizz Ewropew għall-individwazzjoni tat-tniġġis ibbażat fuq is-satelliti stabbilit minn din id-Direttiva (CleanSeaNet) u minn mekkaniżmi oħra rilevanti ta’ rapportar, bil-ħsieb li jiġu żviluppati metodi affidabbli tal-intraċċar ta’ sustanzi niġġiesa fil-baħar;
(b)
jiżviluppaw u jimplimentaw sistema xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ, li tintegra l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu (a) mal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri f’SafeSeaNet, THETIS-EU u f’bażijiet tad-data u għodod ta’ informazzjoni oħra tal-Unjoni, sabiex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ ta’ vapuri li jiskarikaw sustanzi niġġiesa, bil-ħsieb li jiġu ottimizzati l-azzjonijiet ta’ infurzar imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali;
(c)
jagħmlu l-aħjar użu mill-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10a, bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-aċċess għal u l-iskambju ta’ tali informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni; u
(d)
sas-6 ta’ Lulju 2030, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti janalizzaw b’mod diġitali l-allerti kollha ta’ fiduċja għolja u jindikaw jekk jivverifikawx jew le dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja mibgħuta minn CleanSeaNet kull sena, filwaqt li jistinkaw biex jivverifikaw mill-inqas 25 % ta’ dawk l-allerti ta’ fiduċja għolja, fejn “jivverifikaw” tfisser kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ allert mibgħut minn CleanSeaNet biex jiddeterminaw jekk l-allert inkwistjoni jikkorrispondix għal skariku illegali. Jekk Stat Membru ma jivverifikax allert, jenħtieġ li jindika r-raġunijiet għaliex ma għamilx dan.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar inċidenti kbar ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri tinxtered lill-komunitajiet tas-sajd u kostali kkonċernati fil-ħin.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ skambju ta’ esperjenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti tal-Istati Membri, inklużi dawk mis-settur privat, mis-soċjetà ċivili u mit-trade unions, dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva madwar l-Unjoni, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti prattiki u linji gwida komuni dwar l-infurzar ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri dwar kif jiġu żgurati determinazzjoni u applikazzjoni effettivi tal-penali. Abbażi ta’ dak l-iskambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida, inkluż dwar tipi ta’ sustanzi niġġiesa u oqsma sensittivi ta’ tħassib.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0035
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|